1000 student mill-Università ta’ Yangon ħarġu jipprotestaw kontra l-armata ta’ Myanmar bl-għajta għal-liberta min taħt idejn l-armata nazzjonali u l-liberazzjoni tal-President Aung San Suu Kyi. Il-protesti komplew jikbru wara li l-armata ta’ Myanmar iddikjarat li se taqta’ l-internet tal-pajjiż.
Sorsi lokali ddikjaraw li l-maġġoranza tal-protesti qed isiru filgħaxijja, meta diversi familji joħorġu fil-gallerijji tagħhom isabtu fuq il-borom… tradizzjoni lokali li hija simbolu tat-tkeċċija ta’ spirti ħżina.
//= $special ?>