MOSTA………………….1
GŻIRA U…………………2
MOSTA: C. Mafoumbi, D. Debono, J. Ferreira, C. Ememe, M. Mifsud, J. Bezzina (M. Attard 69’) (N. Agius 87’), D. Naah, M. Muchardi, R. Morisco, Z. Brincat, J. Ekani
GŻIRA U: A. Curmi, G. Bohrer, S. Borg, N. Muscat, S. Pisani, M. Davis (D. Xuereb 88’), N. Portelli, M. Maia, R. Correa, S. Borg, B. Atajic (F. Pinheiro 78’)
Referee: S. Pace
Assistenti referees: R. Vella, L. Portelli
Gżira rritornaw għar-rebħ wara d-draw kontra Gudja, minkejja li temmew il-konfront b’għaxar plejers meta għelbu lil Mosta 2-1. Għal Mosta din kienet ir-raba’ telfa konsekuttiva. Gżira fetħu l-iskor fil-35 minuta meta l-cross ta’ Nevin Portelli ħoloq xi problemi għall-gowlkiper Mafoumbi, b’RICCARDO CORREA japprofitta u jixħet fil-baxx fir-rokna t’isfel. It-tim imexxi minn Darren Abdilla rdoppja ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima meta minn freekick ta’ Steve Pisani kien BAHRUDIN ATAJIC li bir-ras għeleb lil Mafoumbi.
Mosta pruvaw iwettqu reazzjoni u għamlu dan fil-75 minuta meta minn pass tajjeb ta’ Michael Mifsud, kien YELSAMBA NAAH li għamilhom 2-1. Tmien minuti mit-tmiem Gżira spiċċaw jilgħabu b’għaxar plejers meta tkeċċa GABRIEL BOHRER għat-tieni karta safra.
//= $special ?>