Il-President tar-Repubblika George Vella nieda proċess sabiex f’pajjiżna tissaħħaħ l-għaqda nazzjonali. Dan se jsir permezz ta’ Konferenza Nazzjonali bis-sehem ta’ panel ta’ esperti, u b’diskussjoni miftuħa għall-pubbliku.
“Wasal iż-żmien li nistaqsu x’inhuma l-kawżi li rridu ningħaqdu warajhom”, qal il-President Vella. “Hemm bżonn li ningħaqdu wara numru ta’ issues importanti”.
Meta preżenta din l-inizjattiva, il-President tar-Repubblika stqarr li jistax ikun ninsew il-lezzjonijiet li ħadna mill-għaqda u s-sens ta’ solidarjetà li ġabet magħha l-pandemija.
Irridu naraw x’inhuma s-soluzzjonijiet għall-problemi ta’ madwarna. “Tlifna l-fiduċja fl-istituzzjonijiet”, qal George Vella.
B’enfasi fuq il-ġurnaliżmu u x-xandir, George Vella qal li jeħtieġ isir aktar. Hawn, hu kien qed jirreferi aktar lejn il-livell ta’ “lingwaġġ” li jintuża fil-media soċjali.
Il-Konferenza Nazzjonali li nieda l-Uffiċċju tal-President mhux se tkun qed tinkludi rappreżentanti tal-partiti politiċi.