Fl-aħħar jumejn pajjiżna kellu 6 imwiet kawża tal-Covid, hekk kif fl-aħħar sigħat f’Malta mietu żewġ irġiel, wieħed ta’ 69 sena u ieħor ta’ 85 sena. It-total ta’ mwiet ilaħħaq l-279.
Il-każijiet ġodda fl-aħħar 24 siegħa reġgħu qabżu l-mija hekk kif instabu 134 każ ġdid. Dan wara li għal jumejn pajjizna rreġistra numri taħt il-100.
Il-każijiet totali minn Marzu ‘l hawn issa huwa dak ta’ 18,576. Il-każijiet attivi jlħaqqu l-2,401.
Fatt pożittiv hu li bejn il-Ġimgħa u s-Sibt fiequ 195 persuna biex b’hekk dawk imfejqa issa jlaħħaq l-15,896.
Sal-lum f’Malta tlaqqmu 35,676 persuna kontra l-coronavirus, b’7,594 jieħdu t-tieni doża tal-vaċċin.
//= $special ?>