Juventus telgħu fit-tielet post tal-klassifika hekk kif f’partita diretta għelbu lil Roma 2-0. CRISTIANO RONALDO fetaħ l-iskor għal Juventus wara 13-il minuta meta kkonkluda fuq pass ta’ Morata. Juventus komplew ikunu dominanti tul il-partita u kien fid-69 minuta li aċċertaw mit-tliet punti meta f’tentattiv li jbiegħed il-perkilu fuq cross ta’ Kulusevski, ROGER IBANEZ xeħet wara l-gowlkiper tiegħu stess.
Naplo sofrew telfa mhux mistennija barra minn darhom kontra Genoa. GORAN PANDEV fetaħ vantaġġ doppju għal Genoa b’gowls fil-11 u s-26 minuta b’MATTEO POLITANO jiskorja l-gowl ta’ konsolazzjoni għal Napoli fid-79 minuta.
Rimonta ta’ Torino salvat punt importanti fi draw ta’ 3-3 kontra Atalanta. JOSIP ILICIC fetaħ l-iskor għal Atalanta fl-14 –il minuta, b’ROBIN GOSENS jirdoppja ħames minuti wara. LUIS MURIEL għamilhom 3-0 fil-21 minuta. Ir-rimonta ta’ Torino bdiet fit-42 minuta meta wara li ra l-penalty tiegħu salvat, ANDREA BELOTTI kkonkluda mir-rebound għal 3-1. GELSON BREMMER għamilhom 3-2 fil-ħin mogħti żejjed fi tmiem l-ewwel taqsima. Torino kellhom jistennew sal-84 minuta biex iġibu l-iskor indaqs permezz ta’ FEDERICO BONAZZOLI.
Spezia kisbu rebħa importanti meta barra minn darhom għelbu lil Sassuolo 2-1. FRANCESCO CAPUTO tefa’ lil Sassuolo fil-vantaġġ wara 25 minuta. MARTIN ERLIC għamel l-iskor indaqs fid-39 minuta b’EMMANUEL GYASI jaċċerta minn tliet punti importan għal Spezia fit-78 minuta.
SERIE A
Ilbieraħ: Fiorentina v Inter 0-2 Illum: Atalanta v Torino 3-3, Sassuolo v Spezia 1-2, Juvetnus v Roma 2-0, Genoa v Napoli 2-1 Għada: Benevento v Sampdoria 12.30pm, Milan v Crotone 3.00pm, Udinese v Verona 3.00pm, Parma v Bologna 6.00pm, Lazio v Cagliari 8.45pm