Ħadd ma weġġa’ wara ki karozza ħadet in-nar fis-Swieqi, biswit il-grawnd tal-Luxol. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.45pm.
Kelliem għall-pulizija qalilna li kollox jidher li l-karozza ħadet in-nar waqt li kienet qed tinstaq, bix-xufier tal-vettura minnufih joħroġ mill-vettura u jċempel għall-għajnuna.
Fuq il-post marru membri tal-Pulizija u tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.
Għal xi ħin fiz-zona kien hemm ammont kbir tat-traffiku, minħabba li l-vetturi minħabba n-nar ma setgħux jgħaddu minn fejn il-karozza.
