Futbol Sport

Pembroke jkomplu mexjin b’rebħa mqanżħa

Chris Cassar
PEMBROKE A. …………..1
MQABBA ………………….0


Pembroke A: P. Schranz, A. Marshall, K. Farrugia, D. Sant, K. Frendo, Pedrinho, A. Abdul, T. Fenech, C. Zammit, J. Bajada, M. Ciantar.
Mqabba: M. Buhagiar, N. Falzon, G. Mannino, K. Cutajar, R. Spiteri, N. Abouhaisa, M. Bangoura, D. Micallef, G. Cesani, G. Azzopardi, G. Micallef.
Referee: Etienne Mangion


Gowl diskutibbli fil-bidu tat-tieni taqsima tat rebħa mqanżħa lil Pembroke fuq Mqabba u b’hekk Pembroke komplew kabbru l-vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika anki jekk issa huma lagħbu tnejn iktar mill-eqreb rivali Marsa.
Wara l-prestazzjoni tajba kontra Marsaxlokk fl-FA Trophy fost il-ġimgħa, pembroke kienu biss id-dell ta’ dak it-tim fejn għal ħinijiet twal Mqabba dehru konfużi u neqsin mill-ideat. Mqabba għamlu l-parti tagħhom ukoll fejn wara t-telfa umiljanti kontra Marsaxlokk, it-tim deher trasformat, magħluq sew fid-difiża u ferm attent li ma jagħmilx żbalji.

Bidu kwiet bl-ewwel azzjoni ta’ Pembroke wara 18-il minuta permezz ta’ Bajada li minn pożizzjoni angolata mpenja lil Buhagiar. Iżda prattikament din kienet l-unika konklużjoni tal-ewwel taqsima. Pembroke minkejja l-pussess tal-ballun ma setgħux jinfdu d-difiża organizzata ta’ Mqabba li minn naħa tagħhom wara d-disfatta u l-umiljazzjoni kontra Marsaxlokk fl-aħħar ħarġa tagħhom, bdew jagħtu waħda mill-aħjar prestazzjonijiet tagħhom fl-aħħar ġimgħat.

Fit-52 minuta xutt ta’ Neil Frendo kien imdawwar għal korner b’diffikulta mill-goalkeeper u minuta wara l-istess goalkeeper tilef il-pussess tal-ballun wara ħarġa fuq Neil Frendo li minn naħa tiegħu kien pront kompla l-ballun għal ġewwa fost il-protesti tal-plejers ta’ Mqabba li riedu fawl fuq il-goalkeeper. L-andament tal-logħob ftit inbidel bir-reazzjoni qalbieni iżda konfuża ta’ Mqabba ma tħalli l-ebda frott.

SAN GWANN …………….0
NAXXAR L. ……………….0

San Gwann: C. Formosa, A.Adediran, L. Mallia, C. Gauci, S. Kuyper, O. Spiteri, Z. Bowman, C. Omoruanzoje, C. Gauci, U. Calistus, G. Pace.
Naxxar L: O. Borg, J. Sciberras, M. Fenech, E. Farias, N. Borg, A. Azzopardi, R. Cassar, R. Blandon, S. Meilak, D. Kassekar, L.J. Schembri.
Referee: Shaun Calleja
Wara erba’ rebħiet konsekuttivi l-mixja ta’ San Gwann kienet imwaqqfa minn Naxxar Lions f’logħba li ntemmet mingħajr gowls, iżda logħba li fiha setgħu kienu skorjati ħafna gowls li kieku ma kienux falluti diversi ċansijiet ta’ skor.

Il-logħba kienet mill-iktar missielta u pjuttost goffa wkoll fejn kienu murija diversi karti sofor, erbgħa fuq kull naħa. Wara sitt minuti azzjoni tajba ta’ Naxxar b’xutt ta’ Blandon imblukkat mill-gowlkiper Formosa u mir-rebound Farias falla b’lasta vojta quddiemu. Wara din l-azzjoni l-logħob żvolġa għal ħinijiet f’nofs il-grawnd b’ħafna daħliuet goffi li setgħu kienu evitati. Farisa kellu konklużjoni taħbat man-naħa ta’ barra tax-xibka, l-istess kif kellu Adediran għal San Ġwann. Propju fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, San Gwann kellhom l-isbaħ opportunita’ meta Adediran żmarka lil Luca Mallia li waħdu quddiem il-goalkeeper xeħet ftit barra.

BOV CHALLENGE LEAGUE
Illum:
San Ġwann v Naxxar L 0-0, Pembroke A v Mqabba 1-0 Għada:
Centenary Stadium:
Żebbuġ R. v Vittoriosa S. 11.00am, Fgura U. v M.xlokk 3.00pm, Marsa v Pietà H 7.00pm Victor Tedesco Stadium: St. George’s v St. Andrews 2.00pm, Swieqi U. v Qormi 6.00pm