George Cassar
LIJA ATHLETIC……………….1
BALZAN…………………………1
Lija A.: L. Bonnici, I. Borg, C. Cassar, P. Gusso, L. Muscat (N. Micallef 46’), W. Serrano, G. Virano (D. Scerri 76’), F. Brandan, C. Flores, E. Beu, M. Jimenez
Balzan: V. Vranes, S. Arab, A. Loof, M. Johnson, P. Fenech, S. Cipriott (G. Camilleri 64’), M. Duric, A. Andrejic, S. Dimic (M. Grima 71’), Weverton, E. Mc Woods (A. Effiong 64’)
Skurjaw: A. Andrejic 10’ (B), C. Flores 31’ (L)
Referì: P. Farrugia
Il-plejer tal-logħba: P. Fenech (B)
Fil-konfront li laqqa’ tnejn mit-tliet irħula, Lija Athletic u Balzan ħadu punt kull wieħed biex b’hekk iż-żewġ timijiet ċaħħdu lil xulxin minn rebħa li tant għandhom bżonn biex taqlagħhom miż-żona tar-relegazzjoni.
Balzan skurjaw fl-għaxar minuta meta Aleksa Andrejic seraq il-ballun lil Gonzalo Virano miċ-ċirku ta’ nofs il-grawnd, avvanza u, malli ra l-ħarġa avventuruża barra l-kaxxa tal-gowlkiper Luke Bonnici, kien pront tefa’ l-ballun fix-xibka.
Lija laħqu lill-ġirien man-nofs siegħa logħob meta wara kross mix-xellug, Augustine Loof laqat il-ballun ħażin u Carlos Flores approfitta u skorja b’xutt fil-baxx.
Għaxar minuti mit-tmiem Balzan laqtu l-lasta minn freekick ta’ Milan Duric. Minuta wara l-istess plejer Serb tkeċċa wara li ntwera l-karta s-safra u ċapċap lir-referì Philip Farrugia li wrieh ukoll il-ħamra. It-tensjoni żdiedet fid-disgħin minuta meta tkeċċa anki Weverton Gomes għal żewġ karti sofor f’temp ta’ minuta biex Balzan temmew il-logħba b’disa’ plejers.
//= $special ?>