Lokali Qorti

Libjan jinħeles mill-arrest wara akkużi ta’ vjolenza domestika

Illum għas-sagħtejn ta’ waranofsinhar, il-Pulizija resqet persuna l-Qorti quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Victor Giovanni Axiak.

Ir-raġel Ebdeeri Edriss Micallef, Libjan ta’ 42 sena min-Santa Venera ġie akkużat bi vjolenza domestika, theddid ta’ qtil u anke serq tat-tfal. Micallef iddikjara li hu mhux ħati għall-akkużi miġjubin kontrieh.

Il-vitma waqt il-proċedura tal-Qorti iddikjarat li kellha lista sħiħa ta’ messaġġi b’theddid mingħand l-akkużat, fejn heddidha li se joqtolha u jieħdilha t-tfal.

L-avukati Mario Mifsud u Matthew Xuereb qalu li dawn l-inċidenti u theddid bejn il-koppja huma konsistenti, saħansitra sa qabel daħlu quddiem il-Maġistra, bl-akkużat jinstema’ jhedded lil vittma li se jaħarqilha demmha u jġiegħlha tibki biki tad-demm.

Ir-Raġel akkużat ġie meħlus fuq depositu ta’ 500 ewro u garanzijja personali ta’ 10,000 ewro, u bil-kundizzjoni li jrid jmur jiffirma darba fil-ġimgħa fl-għassa tal-pulizija. Il-Qorti ukoll poġġiet lill-vitma u t-tfal tagħha taħt protezzjoni mill-akkużat.

Tags