Futbol Sport

Tarxien jegħlbu lil Sirens bi tliet gowls fit-tieni taqsima

(Ritratt: Domenic Aquilina/MFA)

Rowen Camilleri

TARXIEN R……….3

SIRENS………………1

Tarxien R.: J. Borg, C. Conceicao, E. Zarate (K. Attard 89’), D. Falzon (M. Spiteri 75’), V. Plut (C. Zahra 85’), J. Debono, H. Ferreira, E. Rosado, I. Paz, M. Tabone, C. Escobar

Sirens: E. Elezaj, L. Bittaye, H. Kone, W. Domoraud, E. Callegari, A. Borg, J. Walker, S. Tounkara, R. Scicluna, T. Agius, M. Bastos

Imwissija: D. Falzon 10’, H. Ferreira 27’, E. Zarate 54’ (T), L. Bittaye 10’ E. Elezaj 61’ (S)

Skorjaw: H. Ferreira 51’, 58’ V. Plut 61’pen (T), L. Bittaye 90’ (S)

Referee: Emanuel Grech

Assistenti Referees: Mitchell Scerri u Darko Stankovic

Il-Mument Plejer tal-logħba: Leonardo Henrique Ferreira (Tarxien Rainbows) 

BOV Plejer tal-logħba: Leonardo Henrique Ferreira (Tarxien Rainbows)

Wara tliet telfiet infila, Tarxien Rainbows kisbu rebħa dominanti, meta fl-Istadium Nazzjonali b’konvizjoni għelbu lil Sirens bl-iskor ta’ 3-1.

Kelna nistennew sad-19-il minuta biex rajna l-ewwel azzjoni denja ta’ nota meta Ferreira ta’ Tarxien tefa kross lejn tarf fil-kaxxa li sab lil Rosado iżda x-xutt ta’ dan tal-aħħar spiċċa faċilment f’idejn Elezaj. Man-nofs sigħa logħob Jacob Walker għal Sirens prova xutt mid-distanza iżda l-ballun għadda barra. Għaxar minuti wara reġgħu kienu Tarxien fl-attakk meta Ferreira għadda l-ballun lejn in-nofs lil Daren Falzon li iżda l-konklużżjoni tiegħu minn barra l-kaxxa għaddiet barra.

L-ewwel azzjoni tat-tieni taqsima waslet wara tliet minuti logħob meta Tounkara tefa’ kross fil-kaxxa li sab lil Kone li iżda d-daqqa ta’ ras tal-Ivorjan għaddiet barra. Fil-51 minuta logħob Tarxien fetħu l-iskor meta Zarate żmarka tajjeb lil HENRIQUE FERREIRA li wara li avvanza u sab ruħu quddiem il-gowlkiper ma’ żbaljax biex tefa’ lit-tim immexxi minn Winston Muscat fil-vantaġġ. Wara biss ħames minuti Sirens wettqu reazzjoni meta kien Jacob Walker li krossja u d-daqqa ta’ ras ta’ Samba Tounkara tiġi mdawwra f’ korner minn Borg. Tarxien irduppjaw ftit wara fit-28 minuta meta kien prattikament throw in dirett li spiċċa fuq ras l-aħjar plejer tal-logħba HENRIQUE FERREIRA li d-daqqa ta’ ras tiegħu taħsad għal-kollox lil Elezaj. Fit-62 minuta l-affarijiet komplew imorru ħażin għal Sirens. Kienet ħarba tajba ta’ Ivan Paz li malli wasal quddiem Elezaj dan tal-aħħar deher iwaqqa’ lill-attakkant Arġentin fil-kaxxa bir-referee deher ċert mid-deċiżjoni tiegħu u minnufieħ saffar għall-penalty. Mill-11-il metru kien l-istess IVAN PAZ li nkariga ruħu minn penalty u tefa’ l-ballun naħa u l-gowlkiper in-naħa l-oħra. Fit-88 minuta Tarxien kellhom ċans jagħmluhom erba’ meta ġew mogħtija t-tieni penalty tal-partita meta Zarate ġie mwaqqa’ fil-kaxxa iżda Ivan Paz ra l-ewwel xutt tiegħu ikun milqugħ minn Elezaj bil-ballun jerġa jaqa f’saqajn l-istess Paz iżda dan tefa’ inkredibilment barra minn taħt il-lasta. Fil-ħin miżjud Sirens skurjaw il-gowl tal-bandiera meta minn kross ta’ Ryan Scicluna kien LAMIN BITTAYE li bir-ras għeleb lill Jurgen Borg.