Rugby Sport

Tispikka r-rebħa tal-Iskozja fuq l-Ingilterra

(Ritratt: EPA)

L-Iskozja kisbu l-ewwel rebħa fi Twickenham kontra l-Ingilterra wara 38 sena meta rebħu l-ewwel partita mis-Six Nations 11-6 fejn b’din ir-rebħa rebħu wkoll il-Calcutta Cup. It-tim Skoċċiż fetaħ tajjeb u fetaħ vantaġġ ta’ tliet punti kmieni bit-tim Ingliż jirrispondi u jagħmel sitt punti qabel mal-Iskozja ħadu kontroll tal-partita. L-Ingliterra huma l-favoriti li jirbħu din l-edizzjoni minkejja din it-telfa.

Franza kisbu rebħa ta’ 50-10 kontra l-Italja bit-tim Franċiż jiddomina l-partita mill-bidu. Fil-partita li jmiss Franza jilgħabu kontra l-Irlanda qabel ma jilgħabu l-aktar partita mistennija f’din il-kompetizzjoni kontra l-Ingilterra.