Futbol Sport

Tripletta ta’ Satariano ttella’ lis-Slimiżi fir-raba’ post

(Ritratt: Domenic Aquilina/MFA)

Luke Micallef

SLIEMA WANDERERS………………….. 3

SENGLEA ATHLETIC…………………. 1

Sliema: J. Galea, M. Sansone (J. Barbosa 79’), A. Satariano (J. Engerer 86’), K. Shaw, A. Milesi, J. Cisotti, D. Pereira (G. Aquilina 79’), E. Agius, R. Kisil (R. Kakinuma 70’), M. Beerman (D. Holla 86’), D. Vukovic

Senglea: M. Farrugia, S. Uyi, Z. Cassar, A. Abela, F. Gnindokponou (J. Tanti 46’), S. Buhagiar, I. Misan (R. Song 88’), D. Fava, J. Dibola, D. Kukic, D. Xuereb (W. Gomes 62’)

Imwissija: D. Vukovic 45’ (Sl), S. Uyi 57’ (Se)

Skorjaw: F. Gnindokponou 35’ (Se), A. Satariano 38’, 54’, 68’ (Sl)

Referee: Darryl Agius

Assistenti Referees: Christopher Francalanza, James Muscat

Alex Satariano kien l-eroj għat-tim minn Tas-Sliema hekk kif skorja t-tliet gowls kollha tat-tim tiegħu, f’rebħa ta’ 3-1 kontra Senglea, wara li kienu gowl minn taħt. Is-Slimiżi kienu ġejjin minn dro’ kontra Valletta filwaqt li Senglea f’nofs il-ġimgħa kellhom jitħabtu mhux ftit biex eliminaw lit-tim Għawdxi ta’ Nadur Youngsters mill-FA Trophy.

Mal-ewwel battuti tal-partita, it-tim immexxi minn Andrea Pisanu mill-ewwel wera l-intenzjoni tiegħu li ma jieħu xejn ħlief tliet punti minn dan il-konfront, iżda kontra x-xejra tal-logħob kienu propju s-Sengleani li fetħu l-iskor. Il-ballun l-ewwel stampa mal-lasta ta’ Sliema minn xutt ta’ Junior Dibola, daħal il-Franċiż FREUD GNINDOKPONOU, li b’xutt fil-baxx għeleb lil Jake Galea. It-tim immexxi minn Clive Mizzi ma damx wisq b’dan il-vantaġġ. Tliet minuti wara, xutt tajjeb ta’ ALEX SATARIANO spiċċa wara Farrugia wara li rċieva minn daqqa ta’ ras ta’ Sergio Uyi, sabiex ġab l-iskor indaqs bit-timijiet jidħlu jistrieħu f’parita’.

Naturalment il-Wanderers ma kinux kuntenti bir-riżultat parzjali u wara l-waqfa ħarġu aktar aggressivi. Fl-54 minuta huma kienu viċini li jirdoppjaw meta xutt ta’ Ruslan Kisil stampa mal-mimduda. Iżda minuta wara s-Slimiżi sabu x-xibka meta Agius għadda lejn ALEX SATARIANO li ra x-xutt tiegħu jintlaqa’ parzjalment minn Farrugia, bil-ballun jibqa’ dieħel fix-xibka. Fit-68 minuta kien l-istess ALEX SATARIANO li b’xutt preċiż fir-rokna tax-xibka ikkastigat lil Senglea u għamel l-iskor 3-1, bit-tielet gowl personali.

B’din ir-rebħa Sliema issa qabżu lil Birkirkara biex telgħu fir-raba’ pożizzjoni. Għat-tim mill-Kottonera s-sitwazzjoni ma tidher xejn feliċi hekk kif għadhom ankrati fl-aħħar post tal-klassifika, bl-eqreb tim ikunu Lija li jinsabu ħdax-il punt fuq l-istess Sengleani.