Lokali

Bernard Grech qalb in-nies f’Birkirkara

Matul il-jum, il-Kap tal-PN Bernard Grech kellu l-opportunità jitkellem ma’ numru kbir ta’ familji, anzjani, żgħażagħ u sidien ta’ ħwienet f’Birkirkara. Dan qabel indirizza l-laqgħa politika fl-istess lokalità.

Il-poplu ta’ Birkirkara laqa’ bi ħġaru lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista, b’bosta jirrimarkaw dwar l-avvanzi li qed jagħmel il-PN fost l-elettorat, skont l-aħħar surveys tal-opinjoni pubblika – surveys illi jikkonfermaw li qed jikber l-appoġġ favur Bernard Grech.

Ħafna ħaddiema u sidien ta’ ħwienet irrimarkaw fuq l-effetti tal-pandemija, u kif din qed tolqot in-negozji tagħhom. Oħrajn tkellmu mal-Kap tal-PN kemm hu tajjeb li l-partit qed joħroġ b’ideat u proposti, fosthom dwar il-kirjiet u l-enerġija.

Ritratti: Martin Agius