Sport Sport Ieħor

Cherise Farrugia, ta’ sittax -il sena mpressjonanti bi tliet rebħiet

(Ritratt: Joseph Galea)

Kenneth Vella

Wara stennija ta’ aktar minn xahar, ilbieraħ fil-korsa tal-Marsa nghata l-bidu għall-istagun il-ġdid 2021 tat-tiġrijiet taż-żwiemel. Dan permezz tal-ewwel laqgħa fuq ħdax -il tiġrija tat-trott fuq distanza qasira ta’ 2140m. Minn dawn l-aktar li spikkaw kienu tnejn tal-aqwa klassi Premier u li ntrebħu minn Caid De Bengale u Eagle B. Butcher. Iż-żgħażugħa ta’ sittax -il sena,  Cherise Farrugia tkun impressjonanti matul din il-laqgha bi tliet rebħiet.

Disa’ żwiemel ħadu sehem fl-ewwel tiġrija tal-klassi Premier. Castle Rose (Marco Debono) kien l-aktar wieħed b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u fetaħ vantaġġ żgħir minn Caid De Bengale (Cherise Farrugia) u Vindaloo (Mario Farrugia. Madankollu meta ż-żwiemel daru għad-dritta finali, Castle Rose beda jnaqqas mill-pass u dlonk inqabeż minn Caid De Bengale li ħa t-tieni rebħa f’Malta mill-istess Castle Rose u Sandsjons Revenue (Charles Camilleri). Albanien (Ian Galea) temm fir-raba’ pożizzjoni.

It-tieni tiġrija tal-ogħla klassi, kienet ferm eċitanti li pproduċiet tmiem inċert fl-aħħar metri bejn Ulysse Du Bouchet (Redent Magro) u Eagle B Butcher (Jesmar Gafa’). Wara konsultazzjoni mal-photofinish kien Eagle B Butcher li ġie ddikjarat rebbieħ mill-ġurija filwaqt li Ulysse Du Bouchet safa’ skwalifikat. Crack Du Tillet (Andrew Farrugia) temm it-tieni mid-debuttant Carlo De Carsi (Charles Camilleri) u Byron Du Klau (Carmelo Agius).

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Febus Du Juille (K. Saliba) Ħin – 2.47.1” (1.18.1”) 2. Gege De L’Aunay (R. Briffa) 3. Giminy Cricket (Ch. Gauci) 4. Floyd Du Guibel (M. Ellul)

II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Frisquette Snob (R. Schembri) Ħin – 2.50.1” (1.19.5”) 2. Divonne (S. Grixti) 3. Expert Majyc (C. Camilleri) 4. Black Is Black (V. Ghigo)

III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Erromanga (Cherise Farrugia) Ħin – 2.49.8” (1.19.4”) 2. Fan Flony (M. Spiteri) 3. Falcon Du Hamel (M. Attard) 4. Greatandeasy C.C. (J. Muscat)

IV Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Jaccaroo (Cherise Farrugia) Ħin – 2.48.5” (1.18.8”) 2. Dicsou Montaval (J.Briffa) 3. Sonny Bull (M. Bonnici) 4. Cap Des Granges (A. Farrugia)

V Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Paradox (C. Camilleri) Ħin – 2.47.4” (1.18.2”) 2. Aramis Gede (B. Hili) 3. Udako (Cherise Farrugia) 4. Daytrader U.M. (J. Vassallo)

VI Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Alcibiade (P. Spiteri) Ħin – 2.46” (1.17.6”) 2. Global Oracle (C. Camilleri) 3.Bocsa De Lespi (C. Calleja) 4. Banco De L’Iton (K. Saliba)

VII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Ubu Du Metz (C. Calleja) Ħin – 2.49.6” (1.19.3”) 2. Cathy De La Rouvre (R. Magro) 3. Coyote De Relais (M. Farrugia) 4. Sharif America (M. Sammut)

VIII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Caid De Bengale (Cherise Farrugia) Ħin – 2.48.8” (1.18.9”)2. Castle Rose (M. Debono) 3. Sandsjons Revenue (C. Camilleri) 4. Albanien (I. Galea)

IX Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Armani S. (J. Gafa’) Ħin – 2.45.7” (1.17.4”) 2. Coquin De Fontaine (A. Cassar) 3. Iyucca Vrijthout (N. Azzopardi) 4. Waikiki Man (O. Scicluna)

X Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Eagle B Butcher (J. Gafa’) Ħin –  2.48” (1.18.5”) 2. Crack Du Tillet (A. Farrugia) 3. Carlo De Carsi (C. Camilleri) 4. Byron Du Klau (C. Agius)  

XI -il Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Hallas Judex (Ch. Magro) Ħin – 2.48.5” (1.18.8”) 2. Fleirel Vedaquais (C. Farrugia) 3. Gringo Boko (C. Camilleri) 4. Blue Night (R. Schembri)