Fl-aħħar 24 siegħa kien imħabbar li żewġt irġiel ta’ 93 sena u ta’ 77 sena u anzjana ta’ 77 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-COVID-19 fl-Isptar Mater Dei. B’hekk, it-total ta’ imwiet tela’ għal 282.
Dan ġie mħabbar fuq il-paġna ta’ ‘Saħħa’ fejn fl-aħħar 24 siegħa l-każi pożittivi żdiedu b’100 każ biex b’hekk it-total ta’ każi pożittivi hu ta’ 18,676. In-numru ta’ persuni li fiequ huwa 157 bit-total ta’ fejqan hu ta’ 16,053.
Dan wara li fl-aħħar sigħat saru 3,084 swab tests, bil-każi attivi huma 2,341.