Rowen Camilleri
ĦAMRUN S……….3
GUDJA U…………..1
Ħamrun S: E. Bartolo, D. Gojkovic (D. Borg 83’), M. Guillaumier (I. Adeshina 83’), J. Mbong (X. Portelli 87’), J. Soares, F. Sasere, S. Valero, J. Corbalan (C. Galea 87’), P. Djordjevic, K. Micallef, E. Marcelina (S. Doumbia 78’)
Gudja U.: G. Zammit, A. Friggieri, F. Pankatikan, I. Gonzalez, N. Micallef, E. D. Silva (J. Brincat 78’), H. Vella (G. Mensah 46’), T. Veronese, J. Bolanos, J. Grioli (T. Vella 67’), P. Mota
Imwissija: J. Grioli 19’, E. Silva 73’ (G), D. Gojkovic 25’, E. Marcelina 60’ M. Guillaumier 69’ (Ħ)
Tkeċċa: T. Veronese 68’ (G)
Skorjaw: J. Soares 45’, 77’, S. Doumbia 82′ (Ħ), G.Mensah 90′ (G)
Referee: Malcolm Spiteri
Assistenti Referees: Edward Spiteri u Christopher Francalanza
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Matthew Guillaumier (Ħamrun Spartans)
BOV Plejer tal-logħba: Jorege Soares (Ħamrun Spartans)
Fl-aħħar partita ta’ tmiem il-ġimgħa li ntlagħbet fl-Istadium Nazzjonali, Ħamrun Spartans ma’ ddiżappuntawx biex għelbu lil Gudja United 3-1. Kienet logħba li Ħamrun ikkontrollaw mill-bidu sal-aħħar biċ-ċansijiet ta’ Gudja kienu minimi u b’ Manuel Bartolo ftit li xejn kien impenjat.
Mark Buttigieg għamel bidla waħda mill-partita kontra Senglea fejn minflok Ige Adeshina lagħab mill-bidu lill-midfielder Internazzjonali Malti Matthew Guillaumier li dakinhar kien sospiż. Minn naħa l-oħra Jesmond Zammit ukoll kien sfurzat jagħmel bidla waħda mill-partita kontra Gżira fejn beda mill-bidu lil Justin Grioli minflok Dale Camilleri li jinsab mweġġa.
Wara biss erba’minuti Ħamrun irnexxielhom jidħlu fil-kaxxa avversarja u wara pass tajjeb ta’ Mbong lejn Djordjevic, ix-xutt ta’ dan tal-aħħar kien fjakk wisq u spiċċa faċilment f’idejn Zammit. Fl-14-il minuta Ħamrun ġew mogħtija free kick mix-xellug b’Matthew Guillaumier għoddu ħasad lil Glenn Zammit li kellu jdawwar f’korner meta prova dirett fil-lasti hekk kif ta l-impressjoni li se jitfa’ kross. Erba’ minuti wara Ħamrun kienu sfortunati ferm meta Sasere minn qagħda komda ra x-xutt b’saħħtu tiegħu ikun milqugħ parzjalment minn Zammit, bil-ballun jispiċċa f’saqajn Djodjevic li ra l-konklużżjoni tiegħu tiġi maqlugħha minn fuq il-linja mid-difiża ta’ Gudja. Gudja resqu l-ewwel darba lejn il-lasti ta’ Ħamrun fis-26 minuta iżda Bartolo ma’ kienx impenjat hekk kif ix-xutt minn barra ta’ Pankatican għadda għoli.
Ħamrun baqaw jinsistu u fil-35 minuta reġgħu impenjaw lil Zammit. Kien Soares li tefa’ kross insidjuż li sab lil Djordjevic li d-daqqa ta’ ras tiegħu ġiet mdawwra f’korner mill-gowlkiper ta’ Gudja. Fit-42 minuta l-Ispartans reġgħu marru viċin. Kien kross preċiż ta’ Guillaumier mix-xellug li sab lil Mbong li bir-ras resaq viċin ferm bil-ballun għadda mħakkek mal-lasta. Bl-ewwel taqsima iddestinata li tispiċċa f’parita, Ħamrun kellhom pjanijiet oħra meta sekondi qabel is-suffara ta’ Malcolm Spiteri fetħu l-iskor. Kien Corbalan li mix-xellug tefa’ kross il-barra u fil-baxx lejn JORGE SOARES li minn tarf il-kaxxa venven xutt fl-angolu bil-gowlkiper Zammit li ftit seta’ jagħmel b’dan il-gowl ikun l-għaxar wieħed staġjonali għal attakkant mill-Cape Verde. Mill-bidu tat-tieni taqsima Ħamrun dehru jżommu l-kontroll f’idejhom u fis-56 minuta Predrag Djordevic inkariga ruħu minn free kick dirett li deher iddestinat għall-angolu iżda Glenn Zammit wettaq save brillanti u dawwar f’korner.
L-affarijiet komplew jikkumplikaw ruħhom għal Gudja u Jesmond Zammit meta fit-68 minuta spiċċaw b’għaxra minn nies wara li Thomas Veronese dabbar karta ħamra diretta u kontroversjali fost il-protesti tal-plejers u diriġenti ta’ Gudja. Ħamrun irduppjaw meritatament fis-77 minuta meta kien kross preċiż ta’ Mbong li sab lil JORGE SOARES li minn taħt il-lasta tefa’ ġewwa biex b’hekk għaqqad doppjeta personali. Fit-82 minuta wasal it-tielt gowl tal-Ispartans.
Kienet azzjoni personali tas-sostitut SEYDOU DOUMBIA li daħal fil-kaxxa u minkejja li kien issikkat minn żewġ difensuri irnexxielu jegħleb lil Zammit b’xutt fil-baxx. Gudja skurjaw gowl ta’ konsolazzjoni fid-90 minuta meta s-sostitut GABRIEL MENSAH qata’ lid-difisa Ħamruniża bil-veloċità tiegħu u mill-viċin għeleb lil Bartolo.
//= $special ?>