VALLETTA ……………. 1
HIBERNIANS …………4
Valletta: H.Bonello, R.Camilleri (S.MacKay 79’), T.Caruana, S.Dimech, E.Sala, W.De Oliveira (K.Nwoko 79’), R.Muscat, L.Aguirre, R.Fenech (S.Malano 62’), M.Fontanella (M.Picciolo 72’), L.Campos (R.Tonna 79’)
Hibernians: M.Calleja Cremona, L.Almeida (M.Ellul 83’), R.Dos Anjos, J.Degabriele (J.Grech 75’), B.Kristensen (W.Texeira 83’), D.Vella, Z.Grech, G.Izaquir, A.Agius, Gilmar (A.Attard 83’), T.Fonseca (I.Iriberri 69’)
Referee: M.De Gabriele
Assistenti Referees: R.Vella, D.Spencer
Hibernians kisbu tliet punti important fuq ir-rivali Valletta biex b’hekk telgħu momentarjament fl-ewwel post, f’logħba ikkundizzjonata mit-tkeċċija tal-plejer ta’ Valletta kmieni fil-partita. B’hekk b’din it-telfa Valletta komplew bis-serje ta’ riżultati negattivi u baqgħu fl-għaxar post tal-klassifika b’24 punt.
Hibernians ħarġu mil-ewwel fuq l-offensiva u marru fil-vantaġġ mar-raba’ minuta permezz tal-attakant prolifiku JURGEN DEGABIRELE wara li apporfitta minn indeċiżjoni fid-difiża ta’ Valletta u xeħet il-ballun fix-xibka għal 1-0. Valletta sfaw jilgħabu b’għaxar t’iplejers hekk kif fil-ħdax-il minuta tkeċċa l-plejer Shaun Dimech fuq daħla kerha fuq il-plejer internazzjonali Malti Jurgen Degabriele. Hibernians reġgħu kienu perikolużi fl-erbatax-il minuta meta fuq pass ta’ Gilmar, l-istess Degabriele ikkonkluda barra mill-lasti tal-gowlkiper Henry Bonello. Madanakollu Valletta resqu viċin il-gowl fl-20 minuta meta minn free kick minn fuq ix-xellug, kien Leandro Aguirre li ghola bir-ras u kkonkluda fil-lasta, b’ Calleja Cremona jdawwar f’corner. Biex mill-istess corner, Valletta kisbu il-gowl tad-draw meta minn corner dirett ta’ RYAN FENECH il-plejers ta’ Hibernians naqsu milli jbiegħdu l-periklu, bil-ballun jispiċċa fil-lasti ta’ Calleja Cremona għal 1-1.
Wara li l-ewwel battuti kienu mimlija azzjonijiet iż-żewġ timjiet naqqsu xi ftit, b’Valletta ippruvaw joperaw bil-kontrattakk minkejja li b’raġel inqas biex l-ewwel taqsima ntemmet bl-iskor ta’ 1-1. Mal-ftuħ tat-tieni taqsima Hibernians ħarġu perikolużi mil-ewwel meta minn ballun fit-tul ta’ Bjorn Kristensen, Jurgen Degabriele ikkontrolla tajjeb u kkonkluda bil-gowlkiper Henry Bonello jkun attent u jsalva. Hibernians reġgħu marru fil-vantaġġ fid-49 minuta meta minn pass tajjeb ta’ Gilmar kien DUNSTAN VELLA li b’ġirja tajba fil-kaxxa tefa’ għal ġewwa mill-viċin għal 2-1. Dunstan Vella kien viċin id-dopjetta personali meta ix-xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa ġie salvat tajjeb mill-gowlkiper ta’ Valletta.
It-tim ta’Stefano Sanderra għamluwhom tlieta meta GILMAR bidel il-ballun tajjeb ma’ Tiago Fonseca biex b’ volley mill-isbaħ fl-anglu għeleb lil Henry Bonello għal 3-1, fl-ewwel gowl tiegħu mir-ritorn mat-tim Pawlist. Hibernians komplew iżidu mal-gowls, meta fis-77 minuta skorjaw ir-raba’ gowl tagħhom meta għal darb’oħra reġa’ kien Gilmar li qabbeż il-ballun minn fuq Bonello biex ikkonkluda bir-ras f’lasta vojta għal skor finali ta’ 4-1.
//= $special ?>