Lokali

“Il-bejgħ fi Frar se jiżdied bir-roses” – Robert Abela

Abela jattakka d-dubji tal-Kamra tal-SMEs

Il-Prim Ministru Robert Abela attakka d-dubji li fl-aħħar jiem il-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji uriet rigward iċ-ċifri maħruġa mill-Eurostat dwar il-kummerċ f’pajjiżna.

Dan hekk kif saħaq li matul ix-xahar ta’ Diċembru ċifri Ewropej urew li l-bejgħ żied, “ċifri li ma jista’ jmerihom ħadd”.

Dan filwaqt li Robert Abela sostna li l-bejgħ tul ix-xahar ta’ Frar ser ikun qed jiżdied minħabba “ir-roses”.

Aktar kmieni din il-ġimgħa l-Kamra tal-SMEs insistiet li ċ-ċifri li bihom qed jiftaħar il-Gvern jikkuntrasta kompletament mal-istudji mwettqa fl-ahhar gimghat, għaliex fil-verità qatt ma konna agħar.

Il-Kamra tal-SMEs spjegat li bla ebda dubju wieħed jasal f’konklużjoni li dawn iċ-ċifri li l-Gvern Laburista qed jiftaħar bihom u l-polz tal-ħaddiem, huma żewġ realtajiet differenti.