Terz tal-infermieri barranin li jservu fi sptarijiet fil-gżejjer Maltin se jkunu telqu lejn ir-Renju Unit biex jissoktaw bil-karriera tagħhom hemmhekk.
Dan ifisser li fi ftit taż-żmien biss pajjiżna – li kważi diġà jinsab fi kriżi fejn jidħol il-qasam tal-infermieri – se jkun fi kriżi akbar għaliex l-infermieri ma tfaqqax subgħajk u ssibhom.
Il-Gvern ilu x-xhur ikun imwissi dwar dak li pajjiżna jista’ jispiċċa fih kemm-il darba l-Awtoritajiet ma jindirizzawx bis-serjetà u b’effiċjenza l-problemi u l-weġgħat tal-infermieri barranin f’Malta, b’mod partikulari dawk li ġejjin mill-Pakistan u l-Indja.
Issa dak li l-Gvern Malti m’għamilx, għamluh l-Ingilterra li fasslu qafas attraenti biex jattiraw lejhom l-infermieri mill-Pakistan u l-Indja li allura qegħdin imorru hemmhekk flok jiġu Malta. Sorsi fis-settur li tkellimna magħhom matul il-jiem li għaddew qalulna li l-Gvern, f’dan is-settur ukoll, tfixkel f’saqajh għaliex ħalla l-burokrazija tirkbu.
Infermieri barranin f’Malta kienu qed jitolbu li l-problemi tagħhom ikunu indirizzati bis-serjetà, l-aktar fejn jirrigwardaw il-familji tagħhom u wliedhom.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa u l-Identity Malta ma tawx widen għall-karbiet ta’ dawn l-infermieri barranin bir-riżultat li issa skoprew li fl-Ingilterra jistgħu jingħataw dak kollu li mhumiex jingħataw f’Malta… u ferm aktar.
Aktar dettalji fil-ħarġa tal-lum tal-gazzetta il-mument
//= $special ?>