Lokali

“Il-Maltin qed jgħixu ħajja komda” – dikjarazzjoni li tikkuntrasta ma’ stħarriġ qalb in-negozjanti

“Aħna l-Maltin qed ngħixu ħajja relattivament komda”. Hekk sostniet Katya DeGiovanni, kandidata tal-Partit Laburista fuq ir-raba’ distrett, waqt attività politika fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista l-Ħadd filgħodu.

Katya DeGiovanni saħqet li, “ħajjitna mhux talli relattivament normali, iżda żdiedu l-impjiegi..” Dan jikkontrasta għal kollox ma’ ċifri maħruġa fl-aħħar ġimgħat fejn iswed fuq l-abjad fejn l-aħħar ċifri jikkonfermaw li n-nies bla xogħol issa qabżu sew it-12,000 persuna – ferm aktar miċ-ċifri li kellna fis-Sajf.

Hija saħqet ukoll li Partit Nazzjonalista ħareġ kontra l-vouchers imqassma, meta kien Partit Nazzjonalista stess li ppropona din l-inizjattiva, bil-Gvern ta’ Robert Abela l-ewwel jirredikola l-proposta sabiex imbgħad jattwa din l-inizjattiva grazzi għall-insistenza tal-Partit Nazzjonalista.