Il-partita mir-round tal-aħħar sittax taċ-Champions League, bejn Liverpool u Leipzig se tintlagħab fil-Puskas Arena f’ Budapest, l-Ungerija.
Dan minħabba li Liverpool ma tħallewx jidħlu fil-Ġermanja minħabba li ntlaqtu b’numru kbir ta’ każijiet tal-varjanti tal-Covid 19. B’hekk din il-partita se tintlagħab fis-16 ta’ Frar fil-Puskas Arena bil-partita ta’ ritorn se tintlagħab kif skedata fl-10 ta’ Marzu f’Anfield.
Il-UEFA rringrazzjat liż-żewġ timijiet tal-koperazzjoni kif ukoll lil Federazzjoni Ungeriża tal-Futbol talli sabu soluzzjoni u qablu li din il-partita issir fl-Ungerija.
//= $special ?>