Il-Vatikan waqqaf lill-eks Arċipriet tax-Xagħra, Eucharist Sultana milli jaqdi d-dmirijiet tiegħu wara investigazzjoni dwar abbuż sesswali fuq abbati, liema akkużi allegatament saru iżjed minn 20 sena ilu.
Il-każ kien ġie riferut lill-Vatikan mill-Kardinal Mario Grech, dak iż-żmien kien għadu l-Isqof t’Għawdex, malli rċieva rapport mill-Kummissjoni ta’ Salvagwardja tal-Knisja fl-2018, liema rapport ikkonkluda li l-allegazzjonijiet tal-vittmi ta’ abbuż sesswali kontra Sultana tqiesu bħala kredibbli.
Il-kwistjoni kienet ġiet riferuta wkoll lill-Pulizija għal investigazzjoni kriminali dwar l-allegazzjonijiet iżda dawn sabu li l-każ kien preskritt.
Sorsi qalu li Sultana allegatament kien jabbuża mit-tifel għal madwar erba’ snin, bit-tifel jieħu rigali la darba kien iħallih. L-abbuż jintqal li waqaf meta t-tifel kellu 17-il sena, bil-vittma ddeċieda li jitkellem snin wara.
//= $special ?>

