Il-Papa Franġisku, għall-ewwel darba, ħatar mara – soru Franċiża – bħala sottosegretarju mas-Sinodu tal-Isqfijiet u meta l-ħatra qed titqies bħala waħda storika minn kull aspett.
Suor Nathalie Becquart se jkollha d-dritt tal-vot fis-Sinodu li jaqdi rwol ta’ konsulenza għall-Papa minbarra li jiddibatti wħud mill-aktar issues kontroversjali relatati mal-Knisja Kattolika.
Intant, Suor Nathalie ilha taħdem mas-Sinodu bħala konsulenta mill-2019—bis-Segretarju-Ġenerali tas-Sinodu, il-Kardinal Mario Grech, isostni li l-ħatra tagħha bħala sottosegretarju tfisser li ‘infetaħ bieb ġdid’ fi żmien importanti għall-Knisja.
Il-Kardinal Grech innota li d-deċiżjoni tirrifletti x-xewqa tal-Papa għal parteċipazzjoni akbar min-nisa fil-proċessi u t-teħid ta’ deċiżjonijiet min-naħa tal-Knisja.
Fl-aħħar snin, is-Sinodu tal-Isqfijiet iddibatta diversi aspetti tad-duttrina, fosthom it-trattament tal-Kattoliċi miżżewġin u divorjzati,
Sadanittant, xi osservaturi qalu li l-ħatra ta’ Suor Nathalie Becquart mgħandhiex titqies bħala pass lejn ‘sitwazzjoni fejn in-nisa jkunu ordnati bħala qassisin.’
Ftit anqas minn xahar ilu, il-Papa Franġisku formalment bidel il-liġi tal-Knisja biex jippermetti li n-nisa jqarbnu lill-fidili u jservu mal-artal – bid-digriet, fl-istess ħin, jenfasizza li s-saċerdozju ordnat jibqa’ miftuħ għall-irġiel biss.
//= $special ?>