Aktar kmieni illum tħabbret il-mewt tal-eks champion tal-heavyweight Leon Spinks fl-eta’ ta’ 67 sena. Spinks jibqa’ mfakkar għar-rebħa mhux mistennija li kien kiseb kontra il-leġġenda Muhammad Ali fl-1978, f’dik li kienet it-tmien ġlieda professjonali tiegħu.
Il-boxer Amerikan kien qiegħed isofri minn diversi problemi ta’ saħħa u fl-2019 nstab li kien marid bil-kanċer tal-prostita. L-eks boxer miet il-Ġimgħa filgħaxija f’Henderson, Nevada, bil-mara tiegħu Brenda Glur Spinks tkun ħdejh fl-aħħar mumenti.
Fi stqarrrija il-kumpanija li kienet tieħu ħsieb il-promozzjonijiet tiegħu qalet li Spinks iġġieled il-mard li kellu bl-istess determinazzjoni u bi tbissima li kien jiġġieled l-isport li tant kien iħobb.
Leon Spinks rebaħ il-midalja tad-deheb fl-Olimpjadi tal-1976 f’Montreal u ħa aktar prominenza meta sena u nofs wara għeleb lil Muhammad Ali biex rebaħ it-titli WBC,WBA u t-titli tal-lineal heavyweight.
//= $special ?>