Lokali

Jitlef il-kontroll tal-vettura u jibqa’ dieħel f’karozza pparkjata

Sewwieq ta’ vettura tilfet il-kontroll, baqa’ dieħel f’arblu ta’ zebra crossing u f’karozza oħra li kienet ipparkjata fi Triq il-Kappillan Mifsud, il-Ħamrun għall-ħabta ta’ 11.45pm.

Fuq il-post minnufih issejħet l-assistenza tal-Pulizija tad-distrett biex jassistu lis-sewwieq.

Jidher li dan l-inċident wassal għaż-żewġ karozzi biex ġarbu ħsarat sostanzjali tant li hu evidenti l-ammont ta’ ħġieġ u biċċiet tal-karozzi mxerdin mat-triq. Madanakollu, fortunatament is-sewwieq tal-vettura ma sofra l-ebda ġrieħi tant li rrifjuta l-assistenza medika.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.