Milan kisbu rebħa importanti ta’ 4-0 kontra Crotone fil-21 ġurnata mis-Serie A, biex b’hekk saħħew posthom fl-ewwel post b’49 punt, tnejn aktar mir-rivali Inter. Milan marru fil-vantaġġ fit-30 minuta permezz ta’ZLATAN IBRAHIMOVIC wara li bidel tajjeb il-ballun ma’ Rafael Leao. L-istess ZLATAN IBRAHIMOVIC irdoppja fl-64 minuta meta wara cross minn fuq xellug ta’ Theo Hernandez, l-Isvediż tefa’ ġewwa mill-qrib.
Milan għamluwhom tlieta fid-69 minuta meta minn corner minn fuq ix-xellug ta’ Hakan Calhanoglu, kien ANTE REBIC li bir-ras skorja għal 3-0. Minuta wara Milan skorjaw ir-raba’ gowl meta reġa’ kien Calhaoglu li ta pass tajjeb lil ANTE REBIC li skorja għal skor finali ta’ 4-0.
F’partita oħra Sampdoria ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1 barra minn darhom għand Benevento. Benevento marru fil-vantaġġ fil-55 minuta meta wara pass tajjeb ta’ Federcio Barba li nifed id-difiża, kien GIANLUCA CARPI li kkonkluda għal ġewwa għal 1-0. Sampdoria baqgħu jagħfsu għall-gowl u proprju fit-80 minuta ġabu l-gowl ta’ draw permezz ta’ KEITA BALDE wara pass tajjeb ta’ Mikkel Damsgaard. B’hekkk dawn iż-żewġ timijiet baqgħu f’nofs il-klassifika fejn Sampdoria qegħdin fl-għaxar post b’27 punt filwaqt li Benvento telgħu fit-tlettax-il post bi 23 punt.
Udinese kisbu tliet punti mportanti meta għelbu lil Hellas Verona bl-iskor ta’ 2-0. Iż-żewġ gowls tal-partita waslu fl-aħħar għaxar minuti bl-ewwel gowl jasal fit-83 minuta meta minn cross ta’ Gerard Deulofeu,il-gowlkiper ta’ Hellas Verona MARCO SILVESTRI tefa’ l-ballun fil-lasta tiegħu stess. Udinese għalqu l-partita fil-91 minuta meta minn pass tajjeb ta’ Nahuel Molina, kien l-Ispanjol GERARD DEULOFEU li għeleb lill-gowlkiper ta’ Hellas Verona b’xutt minn barra l-kaxxa.
Parma tilfu f’darhom kontra Bologna bl-iskor ta’ 3-0 bil-gowls jaslu permezz ta’ doppjetta ta’ MUSA BARROW biex fit-92 minuta RICCARDO ORSOLINI għamilhom tlieta.
Lazio kisbu rebħa importanti f’darhom kontra Cagliari biex telgħu fil-ħames post tal-klassifika. Il-gowl uniku wasal fil-61 minuta permezz ta’ Ciro Immobile.
Riżultati: Il-Ġimgħa; Fiorentina v Inter 0-2 Ilbieraħ; Atalanta v Torino 3-3, Sassuolo v Spezia 1-2, Juventus v Roma 2-0, Genoa v Napoli 2-1, Ilum; Benevento v Sampdoria 1-1, Milan v Crotone 4-0, Udinese v H Verona 2-0, Parma v Bologna 0-3, Lazio v Cagliari 1-0
//= $special ?>