Eluf ta’ dimostranti rnexxilhom jegħlbu l-ostaklu li impona l-militar ta’ Myanmar, hekk kif ma ħalliex l-aċċess għall-internet.
Madanakollu, id-dimostranti xorta niżlu fit-toroq tal-belt jipprotestaw għall-ħelsien tal-mexxej ċivili Aung San Suu Kyi.
Dan kien it-tieni jum li matulu d-dimostranti niżlu fit-toroq jipprotestaw, b’ammont akbar ta’ persuni, partikolarment dawk iżgħar fl-età.
Dawk fit-toroq bdew jagħmlu s-simbolu li jintuża’ fil-film popolari Hunger Games, b’sinjal ta’ rispett lejn Suu Kyi, filwaqt li żammew f’idejhom messaġġi li jridu lura lill-mexxejja tagħhom.
Spikka wkoll il-kulur aħmar, il-kulur li jintuża’ mill-partit ta’ Suu Kyi.
//= $special ?>