Il-konsulent tal-Gvern Laburista, kemm taħt it-tmexxija tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat u dak attwali, Robert Abela – ħataf l-okkażżjoni ta’ għeluq is-87 sena ta’ Eddie Fenech Adami sabiex jattakkah fuq il-midja soċjali.
F’ittra miftuħa, Neville Gafà indirizza lill-eks Prim Ministru ta’ Malta bid-diskors ta’ “Min jixtieq id-deni l-għajru, jiġi f’dahru.”
Tul l-aħħar snin, taħt tmexxija ta’ Gvern Laburista, Gafà kien involut f’diversi skandli fosthom l-allegat ‘racket’ ta’ Visas Mediċi fl-Afrika ta’ Fuq. – kif ukoll kien allegatament serva bħala pedina tal-eks chief of staff ta’ Joseph Muscat, Keith Schembri.
Intant, filwaqt li l-Prim Ministru Robert Abela kien inizjalment suppost warrbu mill-kuriduri ta’ Kastilja – f’Mejju 2020 kien ammetta li l-Gvern talab il-konsulenza tiegħu.
