Rugby Sport

Wales jegħlbu lill-Irlanda fil-Principality Stadium

Wales rebħu l-ewwel logħba tagħhom fis-Six Nations kontra it-tim Irlandiż bl-iskor ta’ 21-16, fil-Principality Stadium.

Flanker Mahoney sar l-ewwel Irlandiż li tkeċċa fis-Six Nations wara li fl-erbatax-il minuta ta daqqa bil-minkeb f’ras Tomas Francis.

L-Irlanda temmew l-ewwel taqsima 13-6, b’Wales jirkupraw ir-riżultat fit-tieni taqsima minn tries ta’ Geroge North u Louis-Rees Zammit.

Din kienet ir-raba’ rebħa minn ħdax il-logħba għall-kowċ Wayne Pivac fejn min-naħa l-oħra l-Irlandiżi għadhom mingħajr rebħa barra minn darhom taħt it-tmexxija tal-kowċ Andy Farrell.