Futbol Sport

Bayern Munich fil-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs

(Ritratt: EPA)

Bayern Munich se jkunu qed jilgħabu fil-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-klabbs wara li fl-Ahmed Bin Ali Stadium, eliminaw lil Al Ahly f’rebħa ta’ 2-0, biex b’hekk fil-finali se jkunu qed jiltaqgħu kontra Tigres.

L-eroj għal Bayern Munich kien l-attakkant Pollakk Robert Lewandowski li skorja ż-żewġ gowls. Bayern kien dominanti tul il-partita kollha u kien propja fis-17 -il minuta li fetħu l-iskor b’konklużjoni mill-viċin ta’ LEWANDOWSKI.

Il-Pollakk skorja id-29 gowl tiegħu dan l-istaġun ħames minuti mit-tmiem meta kkonkluda b’daqqa ta’ ras fuq cross ta’ Leroy Sane biex aċċerta post fil-finali ta’ nhar il-Ħamis.

Bayern se jaffaċċjaw lil Tigres tal-Messiku fil-finali, b’dawn tal-aħħar jeliminaw lil Palmeiras fis-semifinali ta’ lbieraħ b’rebħa ta’ 1-0.