Lokali

Bernard Grech jiltaqa’ mal-Ambaxxatur Taljan għal Malta

Bħala żewġ Stati Membri fl-Unjoni Ewropea, Malta u l-Italja ilhom għal snin twal igawdu relazzjoni tajba. Dan għaliex it-tnejn għandhom interessi komuni għal qalbhom.

Kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta t-Tnejn waranofsinhar kellu laqgħa mal-Ambaxxatur Taljan għal Malta Fabrizio Romano fid-Dar Ċentrali. Huma tkellmu fost l-oħrajn dwar l-aħħar żviluppi li qed iseħħu fil-pajjiż ġar tagħna, wara li l-Prim Ministru Conte warrab mill-poter.

Bernard Grech fakkar kif fi żmien Gvern Nazzjonalista, iż-żewġ pajjiżi ħarsu lejn xulxin b’rispett, filwaqt li tkellem fuq l-importanza li dawn il-pajjiżi jkomplu jsaħħu r-relazzjoni ta’ bejniethom.

Min-naħa tiegħu, l-Ambaxxatur Fabrizio Romano qal li huwa importanti li jkun hemm diskussjoni mal-Partit fl-Oppożizzjoni għax l-Oppoiżizzjoni hija l-Gvern alternattiv. Ghal din il-laqgha, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Barranin Carm Mifsud Bonnici u mis-Segretaru Internazzjonali tal-Partit Roselyn Borg Knight.