Mill-inqas 14-il persuna tilfet ħajjitha u 150 persuna oħra tinsab nieqsa wara li waqa’ glaċier fi xmara u ħoloq riżultat devastanti ta’ għargħar enormi fit-tramuntana tal-Indja.
Ħafna mill-persuni nieqsa jidher li huma ħaddiema f’żewġ impjanti tal-idroenerġija fiż-żona.
Mijiet ta’ persuni u ħelikopters militari ntbagħtu fir-reġjun biex jgħinu fl-isforzi ta’ salvataġġ.
L-esperti għadhom qed jinvestigaw l-inċident meta għadu mhux ċar x’seta’ kkawża dik li qed tkun meqjusa ‘splużjoni glaċjali.’
L-aħħar rapporti mill-Indja jindikaw li s’issa ġew salvati 25 persuna.
//= $special ?>