Joe Ellis, PN
Id-deputat Nazzjonalista Joe Ellis qal li minkejja li l-UE mhix stat federai xorta tinħass il-ħtieġa ta’ istituzzjonijiet spora nazzjonali bħall-Uffiċċju tal-Prosekutur Ewropew.
Fil-parlament Joe Ellis qal li għall-ewwel l-prosekuzzjoni mhux se tkun f’idejn l-Avukat Ġenerali u mill-Pulizija. Il-Prosekutur Ewropew jista’ jressaq nies il-qorti f’isem ir-Repubblika ta’ Malta taħt l-awtorità tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Ewropew iżda l-prosekuzzjoni se ssir taħt il-liġijiet Maltin.
Id-deputat Nazzjonalista qal li din hi evulazzjoni tal-UE, li m’hijiex stat federali għalkemm iktar tinħass il-ħtieġa ta’ istituzzjonijiet sopra nazzjonali li jkollhom aspetti mill-element tal-federali. Hu semma’ l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u tkellem favur dan l-uffiċċju biex il-persuni responsabbli minn dawn ir-reati jitressqu quddiem il-qorti.
//= $special ?>