Lokali Saħħa

Il-Kabinett approva d-deal tal-isptarijiet 14-il darba – Konrad Mizzi

“Il-Kabinett ta mill-inqas erbatax-il approvazzjoni għal fażijiet u aspetti tal-proċess kollu b’rabta mal-isptarijiet, wara li kienu tressqu l-aġġornamenti relattivi, u wara diskussjoni sħiħa. Dan apparti diversi briefings li kienu jsiru regolament.”

Dan intqal mid-deputat Konrad Mizzi, f’kummenti li poġġa’ fuq il-media soċjali waqt li dalgħodu kien preżenti fl-awla għall-kawża li infetħet mill-eks Kap tal-PN dwar id-deal tal-isptarijiet.

“Filwaqt li dawn il-materji tal-Kabinett huma privileġġjati, nista’ nikkonferma li kien hemm parteċipazzjoni u approvazzjoni minn sħabi l-Ministri preżenti”, stqarr Konrad Mizzi.

Ħafna qed jinterpretaw dan il-kliem bħala turija li Mizzi qed jibqa’ jżeffen lil sħabu f’dan id-deal skandaluż.