Coronavirus Internazzjonali Saħħa

Il-vaċċin tal-AstraZeneca jitwaqqaf milli jingħata fl-Afrika t’Isfel

L-Afrika t’Isfel waqqfet l-introduzzjoni tal-vaċċin Oxford-AstraZeneca wara li studju wera riżultati “diżappuntanti” kontra l-varjant il-ġdid tal-COVID-19.

L-istudju, li kien jinvolvi madwar 2,000 persuna, sab li l-vaċċin offra “protezzjoni minima” kontra każijiet ħfief u moderati tal-Coronavirus.

L-Afrika t’Isfel irċeviet miljun doża tal-AstraZeneca u kellha tibda tlaqqam lin-nies il-ġimgħa d-dieħla iżda kollox qed jindika li issa dan mhux se jkun il-każ.