Lokali Saħħa

Illum tkompli l-kawża tal-isptarijiet; Konrad Mizzi ordnat biex jixhed

Aktar tard illum, id-deputat Konrad Mizzi mistenni jagħti x-xhieda tiegħu b’rabta mad-deal tat-tliet sptarijiet, f’kawża li kien fetaħ l-eks Kap tal-PN Adrian Delia.

Ftit tal-ġimgħa ilu, Mizzi kien naqas milli jidher fil-Qorti fil-ġurnata li fiha xehed l-eks Prim Ministru Joseph Muscat. Dakinhar, il-Qorti kienet laqgħet talba biex fis-seduta li jmiss Konrad Mizzi jittella’ jixhed; u jekk ikun kwarantina, jagħmel dan b’video conferencing.

Il-ġimgħa li għaddiet, l-eks Ministru Laburista kien reġa’ issejjaħ mill-Pulizija għal interrogazzjoni oħra. Mhux magħruf eżatt x’kienet ir-raġuni li reġa’ issejjaħ jew jekk għadux fuq police bail.