Sport Sport Ieħor

Imut Roy Swift, eks plejer tal-bowling

Tħabbret il-mewt ta’ Roy Swift, eks membru u plejer tal-Malta Tenpin Bowling fl-età ta’ 86 sena. Swift miet tard il-ġimgħa li għaddiet.

L-ewwel esperjenza internazzjonali ta’ Swift kienet fl-1969 fl-AMF World Cup li saret f’Tokjo. Swift reġa kkompeta fl-istess kompetizzjoni fl-1991 meta din saret f’Singapore. Hu kien ukoll wieħed mill-ewwel membri tal-Malta Tenpin Bowling meta din kienet mwaqqfa fl-1975.

Fl-2010, Swift ħa sehem fis-Seniors Championships fejn temm fit-tieni post, bl-imħabba ta’ Swift għal dan l-isport tibqa’ sal-aħħar ta’ ħajtu fejn baqa’ attiv sal-età ta’ 85 sena.