Futbol Sport

Imut Tony Collins, l-ewwel kowċ iswed fil-Football League

Tħabbret il-mewt ta’ Tony Collins fl-età ta’ 94 sena. Collins kien l-ewwel kowċ iswed fil-Football League fl-Ingilterra fejn għal seba’ snin bejn l-1960 u l-1967 mexxa lil Rochdale għal 367 partita.

Wara Collins kien ukoll chief scout għal Manchester United, bl-eks kowċ tal-klabb Sir Alex Ferguson jgħid li l-familja ta’ Collins għandha biex tkun kburija bis-suċċessi li kiseb matul is-snin.

Howard Wilkinson, ic-Chairman tal-League Managers Association qal li Collins kien pjunier tal-isport hekk kif kellu l-abbiltà li jagħraf l-potenzjal u t-talent fil-players.

Tony Collins kien ukoll player fejn lagħab għal bosta timijiet fl-Ingilterra ma’ Sheffield Wednesday, York City, Watford, Norwich City, Torquay United, Crystal Palace u Rochdale.