Il-Prim Ministru Iżraeljan, Benjamin Netanyahu, ċaħad l-akkużi dwar il-korruzzjoni miġjuba kontra tiegħu meta l-proċess tal-qorti tal-Prim Ministru kompla mill-ġdid f’Ġerusalemm. Din kienet l-ewwel darba li Netanyahu ddikjara ‘l-innoċenza tiegħu’ fil-qorti u ladarba s-smigħ seta jkompli wara li spiċċa pospost minħabba l-pandemija tal-Covid-19 .
Benjamin Netanyahu, li għandu 71 sena, qed ikun akkużat dwar frodi, tixħim ta’ persuni u abbuż ta’ responsabbiltà bħala ‘uffiċjal pubbliku’ fi tliet każi separati.
Dan meta Netanyahu sar l-ewwel Prim Ministru fil-kariga li kien kostrett li jgħaddi ġuri fil-pajjiż – b’dan il-proċess qed isir proprju xahar qabel l-elezzjonijiet nazzjonali.
Waqt li kien għaddej il-proċess f’Ġerusalemm, mijiet ta’ dimostranti nġabru barra l-bini tal-qorti distrettwali fost it-tixjir ta’ bnadar u għajjat biex ‘il-Prim Ministru jirriżenja’.
//= $special ?>