Lokali Parlament

Jeħtieġ kampanja biex isir iktar użu ta’ trasferimenti finanzjarji online

Karol Aquilina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina appella għal kampanja biex isir iktar użu minn trasferimenti finanzjarji online.

Fil-parlament Karol Aquilina qal li Malta għandha tagħmel pass iktar qawwi fil-kuntest tal-flus fl-idejn għaliex fil-pajjiż hawn nuqqas ta’ trasferimenti ta’ flus b’mezzi elettroniċi.

Hu appella għal kampanja biex il-flus jagħmlu iktar trasferimenti online u sostna li l-użu tal-flus kontanti jwassal għal iktar abbużi; l-Istat għandu interess li l-pajjiż jimxi għal sistema li tuża inqas flus kontnti.

Id-deputat Nazzjonalista qal li t-teknoloġija tippreżenta ċertezza fit-trasferimenti tal-flus; jeħtieġ tingħeleb il-kultura li jsir użu minn flus kontanti. Il-banek għandhom rwol kbir x’iwettqu f’dan ir-rigward. Karol Aquilina qal li hemm abbuż fil-falsifikazzjoni tal-passaporti Maltin.