Fl-aħħar sigħat kienu rreġistrati 137 każ ġdid ta’ COVID-19 f’pajjiżna filwaqt li fiequ 126 persuna biex b’hekk il-każi attivi issa żdiedu għal 2,352.
B’xorti tajba, fl-aħħar 24 siegħa, ħadd ma tilef ħajtu bil-Coronavirus biex l-imwiet f’Malta u f’Għawdex sa mill-bidu tal-pandemija baqgħu jammontaw 282.
Meta wieħed iħares lejn dawn in-numri, it-total ta’ każi minn Marzu tal-2020 sal-lum jimmarkaw 18,813 u li minnhom fiequ total ta’ 16,179.
L-aħħar aġġornament ta’ ‘Saħħa’ fuq Facebook juri li fl-aħħar 24 siegħa ingħataw madwar 2,000 doża tal-vaċċin għall-kontra l-virus b’madwar nofshom ikunu persuni li ingħataw it-tieni doża.
Dawn in-numri jfissru li s’issa f’pajjiżna ingħataw 39,257 doża li minnhom 9,918 kienu persuni li rċevew l-ewwel u anke t-tieni doża tal-vaċċin.
//= $special ?>