Lokali Qorti

Jibda jinstema’ l-każ kontra l-avukati ta’ Fenech fuq allegat tixħim

13.15; tintemm is-seduta

13.05: Qallu li l-klijent tagħhom (referenza għal Yorgen Fenech) ried li jidher f’dell differenti. Riedu PR favur il-klijent tagħhom. Ingħata noti ta’ 500 euro u ma jafx kemm u tahom il-flus lura. Ix-xhud ried il-verżjoni tal-avukati u ħadet over Diana Cacciottolo.

13.00 Jibda jixhed l-Editor in Chief tat-Times, Herman Grech. Qal li meta sar jaf għalih kienet allegazzjoni serja u ried spjega mingħand Ivan Martin. Qallu biex jiktiblu email u jispjegalu x’ġara. Kien jaf li Martin kien iltaqa’ ma’ Dr. Gianluca Caruana Curran u Dr. Charles Mercieca.

12.55: Meta qabdtu qallha li kellu x’jagħmel u li kellu meeting. Wara bagħtilu email 5.19pm. Tagħtu deadline sat-8.00pm biex ikellimha u dan peress din kienet ta interess pubbliku u li riedu jippubblikaw storja dwar dan għal l-għada. Rieduha għall-gażżetta, u riedu spjehazzjoni mingħandu. Huwa rrisponda b’email fis-9.00pm. Fuq il-portal l-istorja deheret filgħodu u spiċċat ma dehiritx fuq il-gażżetta.

12.50: Isir il-kontro-eżami mid-difiża permezz tal-Avukat Giannella Demarco. L-Avukat titlob il-messaġġi li ntbagħtu. Qalet li ma kellhiex contact list tal-Avukat Gianluca. Kellmitu 4.57pm u rrisponda u qaltlu li hija news editor tat-Times u li riedet tkellmu. Qabel ċemplet, iżda ma kienx irrisponda.

12.45: Ikkonfermat li kienu kellmuha l-Pulzija dwar dak li ġara. Ikonfermat li l-inċident sehh fit-2 ta’ Novembru, u li r-rapport dwar dan il-każ ġie pubblikat l-għada u ieħor fl-4 ta’ Novembru.

12.43: Qalet l bħala ġurnal ma’ ħadux pjaċir b’dan kollu fuq dak li kien seħħ. Qalet li kienet bagħtet messaġ ġ lil Gianluca biex tkellmu u tkun taf x’ġara fuq il-flus u li dan mhux aċċetabbli u li t-Times ma taċċetta l-ebda flus għal abarijiet. Għaddew ukoll xi emails.

12.40pm. titla tixhed Diana Cacciottolo – news editor Times of Malta. Qalet li Martin kien qalilha li kien iltaqa’ mal-Avukati Mercieca u Caruana Curran u li kienu għaddewlu xi flus li ma ħax.

12.35: Ingħad li s-seduta li jmiss se ssir nhar l-Erbgħa 17 ta’ Frar f’nofs inhar.

12.30: Ma kienx pastaż magħhom u wara kellem lis-superjuri tiegħu li kienu offrewlu l-flus. Kellu wkoll diskussjoni ma’ Herman Grech, l-editur. Qal li ilu mat-Times sa mill-2013. L-ewwel kuntatt ma’ Mercieca xi ħames xhur qabel il-każ kien Martin stess li għamel kuntatt miegħu. Qallu hi Dr. Mercieca u smajt li se titlaq minn mal-AĠ u se jideffendi lil Yorgen Fenech. Qal li ma’ Caruana Curran qatt ma kellu kuntatt virtwali.

12.27: Ra f’daqqa waħda lil Caruana Curran idaħħal idejh fil-but….u qallu dawn għalik….qal li qatt ma stenna jew induna li dawn kienu flus…imma kif induna tahomlu lura mill-ewwel u qallu ‘le, ma tistax tagħmilha – ma nistax naċċetta flus li għal xi wħud idumu jaħdmu xahar biex jaqlugħhom”

12.25: L-istint tiegħu kien li xtaq li jkompli jirċievi informazzjoni, imma li ma riedx jagħmel kampanji favur jew kontra xi ħaġa. Ma kienux kuntenti kif il-media kienet qed titratta l-klijent tagħhom.

12.24: Wara mar press conference u rċieva messaġġ mingand Merceica u ma l-uffiċċju tiegħu u kien hemm preżenti wkoll Gianluca Caruana Curran. Dan kien it-Tnejn, 2 ta’ Novembru. Konna t-tlieta fil-kamra u tkellimna fuq dak li kien se jikteb fl-istorja u għobithom. Kienu qalulu biex jagħmel serje ta’ stejjer u dan biex iwaqqgħu l-kredibbilità ta’ Melvin Theuma fl-istejjer.

12.20: Iltaqgħu fis-sajf u ħadu kafe u tkellmu fuq storja dwar Fenech. Kienu ltaqa’ ma’ Merceica fl-uffiċċju tiegħu l-Belt u tah xi stejjer dwar issues separati. Qal li għal kafe ltaqa’ miegħu darbtejn u l-uffiċċju darba. Dejjem hu u Merceica biss. Fuq storja partikolari baqa’ jindaga. U kien bagħat xi mistoqsijiet lilu fuq What’s Up. L-istorja nżammet minħabba li ma kienx hemm l-affarijiet ċari.

12:15: Mistoqsi dwar artiklu ppubblika fuq it-Times. Ix-xhud jgħid li l-artiklu ma kitbux hu. L-ewwel għamel kuntatt ma’ Mercieca fl-2020 meta sema; li ma kienx se jibqa’ jadem mal-Avukat Ġenerali u se jiddeffendi lil Yorgen Fenech. Tenna li kienu jikkomunkaw permezz ta’ What’s Up.

12.13: Jitla’ jixhed Ivan Martin – ġurnalist tat-Times. L-Avukat Joe Giglio jistaqsi lill-Qorti jekk hemmx il-ħsieb li jittieħdu proċeduri kontra l-ġurnalist tat-Times. Il-Prosekuzzjoni twieġeb fin-negattiv.

12.08: Xi ħadd mit-Times ikkomunika ma’ Caruana Curran fejn talbu spjegazzjoni. Fil-mument li Caruana Curran għamel l-offertà, l-Avukat Mercieca ma kienx jaf xejn.

12.07: Tkellmu ma’ erba’ persuna fuq il-ka’ u kellmuhom darba biss, inkluż Martin. Fl-istqarrija tiegħu qal żewġ affarijiet li huma kontradittorja, li d-difiża ma hija taqbel xejn ma’ dan, fuq il-flus…..Dr. Mercieca ma kienx jaf li Dr. Caruana Curran u wara qal li jaf li kien se jagħtih il-flus.

12.05: Fil-mument li kienu qegħdin jiġu interragti l-avukati kien hemm rappreżentant tal-Avukat Ġenerali. Kien hemm id-Deputat Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia. Wara li tlestaw l-investigazzjonijiet kien l-Avukat Ġenerali li ddeċieda li għandhom jitressqu.

12.00: Qed isir il-kontro-eżami mill-Avukat Stephen Tonna Lowell li flimkien mal-Avukat Gianella Demarco. Il-Prosekutur qed jgħid li l-ġurnalista Ivan Martin ikkonferma dak li kien hemm fuq rapport li kien hemm f’gażżetta.

11.54: L-Avukat Charles Mercieca ċaħad mal-Pulizija li pprova jikkorrompi lil Ivan Martin.

11.51: Fix-xhieda ntqal li l-Avukat Caruana Curran wara laqgħa li saret bejn iż-żewġ naħat, fl-uffiċċju tal-avukati fil-Belt Valletta offra bejn 2 u 4 karti ta’ €500.

11.40am: Intqal li d-dikjarazzjoni ta’ dak li qal Ivan Martin għadha ma ġietx preżentata. Intqal li Ivan Martin kemm biss iddiskjara li dan li kien ġie ppubblikat, huwa minnu.

11.28am: Intqal li fl-awla se jkun hemm ġurnalisti tat-Times of Malta u li dawn ‘il quddiem hemm ċans jittellgħu l-Qorti biex jixhdu.

Id-difiża qalet li qed tiġbed l-attenzjoni mhux għax għandha l-oġġezzjoni li jkun hemm il-ġurnalisti jirrapurtaw dak li jkun qed jingħad, imma biex il-ġurnalisti ma jiġux preklużi milli jixhdu ‘l quddiem f’dan il-każ. F’dan ir-rigward il-prosekuzzjoni qed tiddikjara li mhux se tqajjem oġġezzjoni f’dan l-ambitu.

X’nafu s’issa: Ftit tal-mumenti ilu beda jinstema’ l-każ fejn il-Pulizija ressqet akkużi kontra l-avukat Gianluca Caruana Curran u l-avukat Charles Mercieca, li jirrappreżentaw lin-negozjant Yorgen Fenech. Dan wara li allegatament ippruvaw ixaħħmu ġurnalist tal-gazzetta Times of Malta.

Il-Pulizija kienet investigat l-offerta ta’ flus tal-avukati ta’ Yorgen Fenech lill-ġurnalist Ivan Martin tat-Times.

Qed ikun allegat li l-avukat Gianluca Caruana Curran offra ammont ta’ flus – f’numru ta’ karti tal-€500 – lil Ivan Martin f’laqgħa li kellhom fl-aħħar xhur li għadda. Martin irrifjuta l-flus, u qal li Caruana Curran qallu li offra l-flus għax ma kienx jaf kif għandu jimxi ma’ ġurnalist.

L-avukati ta’ Fenech ċaħdux li offrew il-flus lill-ġurnalist, iżda nsistew li dan qarraq bihom billi wera li kien lest li jgħinhom jiġġieldu kontra rapurtaġġ negattiv.