Id-diskriminazzjoni bejn il-ġurnalisti mhix aċċettabbli.
Kienet din il-konklużjoni tal-Istitut tal-Ġurnalisti wara li net news ressaq ilment dwar il-fatt li ġurnalista ma ngħatatax l-opportunita li tagħmel il-mistoqsijiet tagħha bħalma kellhom iċ-ċans ġurnalisti oħra.
Il-konklużjoni tal-IĠM tgħud li mhux aċċettabbli li stazzjon partikolari ma jingħatax iċ-ċans li jistaqsi mistoqsijiet lill-Ministri wara li tkun spiċċat il-konferenza tal-aħbarijiet, dan filwaqt li stazzjonijiet oħra jingħataw iċ-ċans li jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom.
Wieħed jista’ jara x’seħħ eżattament dakinhar billi jagħfas hawn.
Wara konferenza tal-aħbarijiet li saret il-Ġimgħa 5 ta’ Frar mill-Ministru tal-Intern fiċ-ċentru tal-Protezzjoni Ċivili f’Hal Far, Net News flimkien ma’ media houses oħra resqu lejn Byron Camilleri biex jieħdu kumment mingħand il-Ministru.
Iżda minkejja li TVM u One News tħallew jieħdu l-kummenti, Net News ma ngħatax l-istess opportunità … bl-uffiċjal tal-Ministeru tibqa’ tħaqqaha mal-ġurnalista ta’ dan l-istazzjon.
Minkejja li bqajna nitolbu li ningħataw l-istess opportunità li ngħataw il-mediahouses l-oħra, l-asssistenta ta’ Camilleri baqgħet tinsisti li tgħidilna hi fuq xiex nistgħu nieħdu l-kummenti.
Dan l-aġir tal-Ministru Camillier jikkunstrasta bi kbir ma’ dak li qal nhar il-Ħadd stess il-Prim Ministru… li wiegħed li se jkun qed iwieġeb il-mistoqsijiet kollha tal-ġurnalisti… u ma’ dak li qal hu stess ftit tal-jiem qabel.
//= $special ?>