Għada l-Malta Football Association se tkun qed tħabba l-istrateġija tagħha għall-erba’ snin li ġejjin, bl-għan ta’ din l-istateġija se jkun li l-logħba tal-futbol tkun ibbażata fuq stateġija aktar effettiva u sostenibbli.
Imnebbħa mill-manifest tal-President tal-MFA Bjorn Vassallo, l-isem ta’ din l-istrateġija se jkun ‘We Can Perform Better’ fejn se tkun ibbażata fuq erba’ pilastri prinċipali, dak tal-iżvilupp tal-logħba tal-futbol, li l-logħba tkun aktar attraenti, li l-attivitajiet u l-proġetti tal-MFA ikunu ta’ valur kummerċjali u jkollhom aktar pubbliċità u li jiġi rivedut l-framework regolatorju sabiex jissaħħaħ l-aspett professjoni tal-logħba tal-futbol f’pajjiżna.
//= $special ?>