Formula 1 Sport

Lewis Hamilton iġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Mercedes

(Ritratt: EPA)

Iċ-champion tal-Formula 1 Lewis Hamilton ġedded il-kuntratt tiegħu b’sena oħra ma’ Mercedes. Dan ifisser li fl-istaġun li ġej, Hamilton se jkun qed isuq għad-disa’ darba ma’ Mercedes wara li fl-istaġun li għadda laħaq lil Michael Schumacher bħala s-seba’ darbiet champion.

Hamilton qal li jinsab kuntent li se jibqa’ jifforma parti mit-tim ta’ Merecedes, b’waħda mill-klawżoli fil-kuntratt tkun li Hamilton jibqa’ jiġġieled għal aktar diversità u inklużjoni fil-motorsport.

Il-Prinċipal tat-tim ta’ Mercedes Toto Wolff qal li Hamilton flimkien ma’ Mercedes kitbu l-istorja fl-aħħar tmien staġuni u f’dan l-istaġun se jkunu fost il-protagonisti fil-Formula 1. B’hekk issa saru magħrufin is-sewwieqa kollha li se jkunu qed jikkompetu fl-istaġun li ġej fil-Formula 1.

Formula 1

Mercedes: Lewis Hamilton, Valtteri Bottas Ferrari: Carlos Sainz, Charles Leclerc Red Bull: Max Verstappen, Sergio Perez McLaren: Daniel Ricciardo, Lando Norris Renault: Esteban Ocon, Fernando Alonso AlphaTauri: Yuki Tsunoda, Pierre Gasly Aston Martin: Sebastian Vettel, Lance Stroll Alfa Romeo: Kimi Raikkonen, Antonio Giovinazzi Haas: Mick Schumacher, Nikita Mazepin Williams: George Russell, Nicholas Latifi