Lokali Qorti

SEGWI DAK LI SEĦĦ: Konrad Mizzi jgħid kontinwament “ma nirrispondix”

Preżentat id-deal ta' €100 miljun li jorbot l-isptarijiet

Il-kawża se tkomplu fl-1 ta’ Marzu f’12pm.

13.59pm: Ix-xhieda tiegħu tintemm u joħroġ mill-awla. 

13.58pm: Jerġgħu jistaqsu lil Mizzi meta sar jaf bl-inkjesta maġisterjali li hemm għaddejja.

Jgħid li kien hemm il-kawża kontrih, kontra l-eks Ministri Edward Scicluna u Chris Cardona. L-appell rebħuh iżda l-kawża reġgħet infetħet.

13.58pm: L-imħallef qal li x-xhieda tista’ tinżel minn fuq il-pedana.

13.55pm: L-avukat ta’ Mizzi, l-avukat Peralta qal li din l-Qorti mhux gallerija u Mizzi għandu dritt ma jweġibx.

13.54pm: “Raħasna l-kontijiet tad-dawl” – Konrad Mizzi… bl-Imħallef jitlob biex ma jkunx hawn kummenti politiċi…

13.53pm: “Għaliex il-Gvern intrabat għal mitt miljun ewro?”. Mizzi jgħid li ma jistax jirrispondi għax jinkrimina ruħu.

13.52pm: Ix-xhud, Konrad Mizzi, ġie eżebit dokument ‘RM1’ u kkonferma li kienet il-firma tiegħu f’dan id-dokument

13.50pm: “Ma ħassejtx li jekk kuntratt ta’ żewġ miljun ewro… dawn ma kellhomx ikunu mogħtija l-fakultà li jagħtu l-iżmha lil Steward?” Mizzi jwieġeb l-istess…

13.48pm: Kull domanda li qed issirlu Mizzi qed jgħid “Ma nirrispondix”, b’Debono issaqsi jekk Mizzi hux jinkrimina lilu nnifsu….. Din qed tkun prassi ma’ kull domanda li ssir.

13.43pm: Mizzi kompla jwieġeb li ma jrid jirrispondi, u li diġà qara stqarrija dwar x’ried jgħid illum fil-Qorti.

13.40pm: “F’hiex ma dħaltx?… Fl-RVP, fl-evalwazzjoni, Malta ntrabtet f’kuntratt ta’ żewġ miljun u int ma kontx taf?” Debono qal lil Mizzi. Mizzi jwieġeb hekk: “Ma nweġibx”. Debono qallu “Għax tinkrimina ruħek?” Mizzi jwieġeb “Iva”.

13.39pm: L-imħallef qal li l-Qorti qed issibha diffiċli li tifhem kif ix-xhieda tiegħu kienet diġà bdiet, imma issa Mizzi ma jridx iwieġeb.

13.38pm: Debono saqsa xi tfisser meta Mizzi qal “li ltqajt b’mod strutturat ma’ Ram Tumuluri”. Mizzi wieġeb l-istess.

13.36pm: Debono saqsa jekk l-MOU hux done deal… Mizzi wieġeb l-istess.

13.35pm: L-avukati ta’ Mizzi qalu li dan kollu qed isir biex isiru t-teatrini fil-Qorti, u biex illejla tkompli d-diskussjoni fuq NET LIVE.

13.34pm: Debono saqsa meta sar jaf bl-MOU… Mizzi qal li ma jridx iwieġeb. Qal li f’dan il-mument hu se jagħżel li ma jirrispondix. Debono saqsih jekk din id-domanda hux se tinkriminah, u Mizzi qal “iva”.

13.33pm: Debono qali li din hija s-7 darba li Mizzi ntalab jitla’ jixhed, u issa jrid iwieġeb.

13.28pm: Debono saqsa jekk jafx bl-MOU u jekk qattx rah. Mizzi qal li ma jridx iwieġeb, u jgħid “NO”. Debono qal li mhux Mizzi jagħmel il-liġi. L-imħallef qal li Mizzi jrid iwieġeb jew jgħid li jekk iwieġeb se jkun qed jinkrimina lilu nnifsu. Mizzi qal li jrid dritt tiegħu ta’ full disclosure….

13.26pm: Mizzi qal li qed iħoss li qed jinkisrulu d-drittijiet fundamentali tiegħu.

13.24pm: L-Imħallef qal li jrid iwieġeb id-domandi…. u qallu li jista’ ma jweġibx jekk ikun qed jinkrimina lilu nnifsu.

13.23pm: Debono saqsih meta ra l-MOU. Mizzi qal li ma jridx jirrispondi.

13.18pm: Debono saqsa numru ta’ domandi lil Mizzi, u Mizzi qal kull darba “Ma nirrispondix”.

13.18pm: Debono saqsa jekk ix-xhieda li ta qabel, Mizzi jikkonfermahiex. Mizzi qal li ma jridx iwieġeb.

13.13pm: Mizzi qara din l-istqarrija li ġiet anki ppubblikata fuq il-midja soċjali.

https://www.facebook.com/konradmizzi/posts/3649897715058086

13.11pm: Konrad Mizzi qal li kull ma sar kien li jġib l-aqwa valur lil dawk kollha li jħallsu t-taxxi… u m’għandux rimors ta’ dak li wettaq.

13.07pm: Debono ddikjara li Mizzi ma jistax jagħżel li ma jixhed xejn u allura jrid iwieġeb għal kull domanda li ssirlu, sakemm ma jkunx qed jinkrimina ruħu.

13.05pm: L-imħallef qal li x-xhieda kienet diġà miftuħa… u jrid ikompli jixhed.. Huwa qal lil Mizzi li jekk ma jridx iwieġeb, ma jweġibx.

13.03pm: Debono qal li la x-xhieda diġà bdiet, Konrad Mizzi jrid ikompli jixhed.

13.02pm: Konrad Mizzi qal li għal kull domanda li se ssirlu mhux se jwieġeb.

12.59pm: Jitla’ jixhed l-eks Ministru Laburista Konrad Mizzi.

12.52pm: Debono saqsa jekk kienx hemm obbligazzjoni li min-naħa ta’ Stewrad, se jobbligaw lilhom infushom li jekk ma jonorawx il-kuntratt, dawn iħallsu penali. Ronald Mizzi qal li dawn ma joħorġux minn dan l-agreement. Debono qal li l-Gvern intrabat li jħallas 100 miljun, u huma ma jtuna xejn… Mizzi saqsa f’liema sens.. u semma wkoll l-Università ta’ Barts. Debono saqsa jekk l-isptar San Luqa sarx… Ronald Mizzi qal li m’għandux viżibbiltà ta’ dan kollu. Dwar Karin Grech wieġeb l-istess…. li m’għandux viżibbiltà. Debono reġa’ saqsa jekk dawn il-proġetti sarux… huwa qal li ma jafx… Ronald Mizzi qal li m’għandux viżibbiltà, u saqsa li ma jafx xi jrid jgħid biha jekk l-affarjiet saru jew sarux…

Debono reġa’ saqsa l-istess domand… b’Mizzi qal minn taħt l-ilsien li ma sarux.

12.48pm: Debono qal li l-VGH m’onoratx l-agreement. Għaliex il-Gvern ikkometta ruħu għal 70 miljun ewro oħra. Mizzi qal li huma għal events of default.

12.47pm: Adrian Delia saqsa jekk hux vera li l-Gvern lest li jħallas għan-nuqqas tal-barranin… Mizzi qal li le mhux korrett.

12.45pm: Għal numru ta’ domandi dwar dak li kien intqal fuq kif il-VGH kienu qalu li kellhom numru ta’ banek lestu jsellfu. Intqal jekk Steward kienu konxji minn dan… Mizzi jwieġeb numru ta’ drabi li ma jafx.

12.44pm: Ronald Mizzi qal li f’waqtiet il-BOV kienet lesta ma ssellifx il-flus lil SHC.

12.42pm: Adrian Delia saqsa l-Ministru x’qal lil-Legal Council… Mizzi qal li ma jafx.

12.41pm: Mizzi qal li l-brief li ta lil-Legal Council kien li l-BOV kienu se jisilfu l-flus lil Steward, imma ma kienux komdi li jagħmlu dan.

12.40pm: Debono saqsa min kellem lil-Legal Council.

12.37pm: Ronald Mizzi skomdu jwieġeb mhux qed iwieġeb b’mod konkret għal numru ta’ domandi mill-Avukati Delia u Debono. Staqsew jekk hux normali li dwar 100 miljun il-Gvern ma jkellmux…. Mizzi qal li ma jafx, u li ma tkellmux dwar dan. Mizzi qal li ntebaħ b’dan kollu mill-memo tal-Kabinett li kien jagħti informazzjoni dwar dak l-agreement. Huwa qal li dan seħħ f’Awwissu 2019. Adrian Delia qal li dan kollu seħħ wara li n-negozji kienu diġà saru.

12.35pm: Mizzi qal li ma jafx min kellem lil Gvern u qed jassumi li xi ħadd mil-Legal Council. Delia saqsi min ta d-direzzjoni lil-Legal Council dwar jekk il-BOV kienx kellem lil xi ħadd. Delia saqsa jekk qattx Konrad Mizzi kelmu dwar din il-konċezzjoni tal-100 miljun.

12.34pm: Adrian Delia saqsa minn kellmu lill-Gvern għal dan kollu.

12.33pm: Mizzi qal li l-Gvern kellu ħsibijiet li l-agreement ma jkunx materjalizzat.

12.32pm: Mizzi qal li l-BOV kien qed ikollhom numru ta’ mistoqsijiet dwar dak li qed jiġri. Infatti l-BOV ried aktar dokumenti dwar dan id-deal.

12.29pm: Mizzi qal li l-obbligi oriġinali kienu twieldu bejn il-Gvern u l-Vitals. Adrian Delia saqsa jekk jafx meta daħlu l-BOV fl-istorja. Mizzi qal li jista’ jkun li l-BOV kienu qed jikkomunikaw mal-Vitals qabel.

12.28pm: Adrian Delia saqsa jekk il-BOV kienx parti fil-koncezzjoni oriġnali.

12.25pm: Adrian Delia għamel referenza għal diskors li għamel l-Prim Ministru Robert Abela fil-Parlament fejn kien kwota dan l-agreement li kien sar, u talab lil Mizzi biex jispjega.

12.22pm: Adrian Delia qal li hemm dokument esebit, imma hemm siltiet li ġew preżentati fil-Parlament li huma maqtugħa. Huwa qal li jekk id-dokumenti li għandu l-Qorti hemm nuqqas mela jkun aħjar jekk ikunu preżentati d-dokumenti kollha fil-Qorti.

12.21pm: Edward Debono qal li dan huwa l-agreement, il-ftehim jew side letter li ġiet iffirmata…. L-avukat talab biex Mizzi jippreżenta d-dokumenti kollha. L-imħallef qal li jekk hemm aktar dokumentazzjoni li tista’ tgħin, dawn għandhom ikunu preżentati.

12.20pm: Ix-xhud esebixxa dokument RM1, dokument li jismu Emendment and Reinstatment Agreement.

12.19pm: Il-Maġistrat saqsa kif dokument li għandu rabta mas-Saħħa jinsab għand xi ħadd li llum huwa SP fit-Turiżmu.

12.15pm: L-avukat Edward Camilleri qal li se jtella’ xhud Ronald Mizzi, Segretarju Permanenti (SP) fil-Ministeru tat-Turiżmu u l-protezzjoni tal-Konsumatur. Bejn l-2016 u l-2017 kien SP fl-OPM, bil-portafoll tal-Enerġija. Mill-2017 s’issa qed jokkupa l-irwol li qal li qed jokkupa preżentament.

12.00pm: Quddiem l-Imhallef Francesco Depasquale tkompli tinstema’ l-kawża tal-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia biex it-tliet sptarijiet pubbliċi – San Luqa, Karin Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex – jingħataw lura lill-poplu. Illum għandu jixhed taħt taħrika l-eks Ministru Laburista u d-Deputat Parlamentari Konrad Mizzi.

Fl-aħħar seduta l-Qorti kienet ddeċidiet li f’każ li Mizzi jerġa’ ma jkunx jista’ jattendi, il-Qorti ddeċidiet li x-xhieda tiegħu ssir b’videoconferencing.

Ritratt: Matthew Tabone