Lokali

Maratona b’risq il-Hospice f’Jum San Valentinu

“Bl-imħabba naslu” – l-isem tal-maratona ġbir ta’ fondi f’Jum San Valentinu b’risq il-fondazzjoni Hospice.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet ic-Chairperson tal-Hospice Bernadette Bonnici Kind, spjegat kif li din is-sena ….ħafna mill-attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi kellhom jitħassru minħabba l-pandemija. Iżda l-mard ma naqasx…. u għalhekk Hospice Malta għandhom bżonn l-għajnuna tal-poplu Malti u Għawdxi sabiex ikomplu jagħtu s-sapport mhux biss lil dawk morda b’mard terminali iżda wkoll lill-qraba tagħhom.

Hi spjegat ma’ Net News dwar kemm hi importanti l-għajnuna ta’ kulħadd …filwaqt li tatna wkoll tgharif dwar il-proġett bl-isem St Michael Hospice

Waqt din l-attivita’ tkellem ukoll il-Kap Eżekuttiv  Kenneth Delia illi spjega kif Hospice ilha tagħti l-għajnuna għal dawn l-aħħar 32 sena… b’1,300 familja tingħata l-għajnuna kull sena.

Huwa stqarr li minkejja l-pandemija, saru it-tibdiliet meħtieġa sabiex is-servizzi ma jitwaqqfux kompletament iżda jkomplu permezz ta’ pjattaformi diġitali.

 Preżenti waqt l-attivita’ kien hemm ukoll mart il-President George Vella, Miriam Vella, stqarret li dan huwa avveniment tassew opportun minħabba li għadu kif ġie mfakkar il-Jum Internazzjonali kontra l-kanċer.

Hija raddet ħajr lill-ħaddiema kemm tal-Hospice kif ukoll tal-Community Chest Fund talli jaħdmu bla waqfien sabiex itaffu it-toqol tal-persuni morda kif ukoll l-qraba tagħhom.

Sabiex wieħed jgħin lill-Hospice, jista’ jagħti donazzjoni kemm online kif ukoll iċempel fuq in-numri li se jkunu qed jintwerew waqt il-maratona tal-Ħadd li ġej li ser tixxandar fuq l-istazzjonijiet kollha fosthom Net Television minn Nofsinhar sa nofsillejl.