Lokali Qorti

Martin jgħid li ngħata tnejn jew erba’ karti tal-€500 u dan biex tiġi imminata l-kreddibilità ta’ Melvin Theuma

Ġurnalist tat-Times qal fiil-Qorti li huwa kien ingħata l-flus minn wieħed mill-Avukati ta’ Yorgen Fenech, fil-preċenza ta’ avukat ieħor tan-negozjant akkużat li kien il-moħħ wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, biex kemm jista’ jkun itella’ stejjer immirati biex tiġi imminatà l-kreddibilità, ta’ Melvin Theuma, l-middleman li ngħata l-proklama fil-każ tal-qtil tal-ġurnalista.

Meta beda’ jinstema’ l-każ fil-konfront ta’ l-Avukati Gianluca Caruana Curan u Charles Mercieca li qegħdin iwieġbu mhux ħatja b’allegat każ’ ta’ tixħim fil-konfront tal-ġurnalist tat-Times of Malta, Ivan Martin, ħareġ li skont il-ġurnalist l-Avukat tah bejn tnejn u erba’ noti tal–€500, li huwa rrifjuta. Skont l-Avukat Caruana Curran, dan offrielu karta waħda tal-istess denominazzjoni.

L-ewwel xhud quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras kien l-Ispettur Anthony Scerri, mill-iskwadra ta’ kontra reati ekonomiċi. Sostna li fit-3 ta’ Novembru 2020, Times of Malta ppublikat artiklu li fih saret allegazzjoni li l-Avukat Gianluca Caruana Curran ta bejn 2 u 4 karti tal-€500 fil-preżenza tal-Avukat Mercieca.

Il-Pulizija bdiet investigazzjoni minħabba possibilità ta’ korruzzjoni u li fl-istess artiklu kienet ġiet ippubblikata ittra bħala dritt ta’ risposta mill-Avukat Caruana Curran. L-għada kienet ippublikata oħra mill-Avukat Mercieca.  

Ix-xhud qal li Gianluca Caruana Curan kien stqarr mal-Pulizija fil-preżenza tal-Avukat, li kien offrielu karta waħda mhux tnejn jew erbgħa għax ħass li Ivan Martin kellu jkun ikkumpensat.

Tenna li ma kien hemm l-ebda ftehim biex Ivan Martin jaħdem għalihom. Meta l-Pulizija kellmu lil Mercieca, dan ikkonferema dak li qal Gianluca Caruana Cuuran iżda fl-istess stqarrija ta żewġ verżjonijiet, li l-Avukat Gianluca pprova jgħaddi l-flus għax Ivan kien jagħmel ħafna għalihom u aktar tard qal li Ivan kien jaħdem għalihom.

Martin għamel kuntatt ma’ Mercieca wara li sema’ li kien se jitlaq minn mal-AĠ

Il-ġurnalist Ivan Martin qal li l-ewwel kien hu li għamel kuntatt ma’ Charles Mercieca, u dan kien f’Mejju, 2020 meta sema’ li se jitlaq minn mal-Avukat Ġenerali u jingħaqad mat-tim tad-difiża ta’ Yorgen Fenech.

Qal li lejn l-aħħar tas-sajf ħabtu flimkien fil-Qorti u ltaqgħu għal kafè u ddiskutew biex hu jgħaddilu xi aħbarijiet dwar il-każ. Qal li mbagħad kellhom meeting fl-uffiċċju ta’ Charles Mercieca fil-Belt u hemmhekk tah informazzjoni li kien interessat li jsegwi.

Qal li xi jiem wara rċieva messaġġ mingħand Charles Mercieca biex jara jistgħux jiltaqgħu. Hu aċċetta u fil-laqgħa kien hemm preżenti wkoll Gianluca Caruana Cura. Qal li ddiskutew storja li kien bagħat aktar kmieni. Waqt il-laqgħa talbuh jekk jistax jikteb serje ta’ stejjer f’kampanja biex ixxejnu l-kredibiltà ta’ Melvin  Theuma.

Martin qal li qalilhom li ma jiktbux dawk it-tip ta’ stejjer u li huma mhux se jkollhom kontrol ta’ xi stejjer jikteb il-ġurnal. Madankollu stqarr li qalilhom li lest jisma’ x’għandhom xi jgħidu.

Martin qal li l-avukat Caruana Curran esprima tħassib serju fil-mod ta’ kif il-media qed tirrapporta l-każ. Kien hawn li qal li waqt li kien qed ikellem lil Mercieca ra lil Caruana Curan idaħħal idejh fil-but u joħroġ flus li tahomlu f’idejh u qallu “dawn għalik”.

Kompla jixhed li ma ndunax li kienu flus u malli skopra qabad u tahhomlu lura u qallu li lilu ma jistax iallsu. Stqarr li r-reazzjoni ta’ Caruana Curan , kienet li qallu “sorry, I never dealt with a journalist before.” Ivan Martin qal li dak il-ħin qam u telaq u ċempel lis-superjuri tiegħu

Wara xehdet Diane Cacciatolo li hija News Editor  mat-Times of Malta. Spjegat li bħala editur trid tkun taf fejn huma l-ġurnalisti, fejn dakinhar Martin qalilha li se jkunu l-uffiċju tal-avukati. Fissret li għaliha kien kollox sew, għax ġurnalisti huma inkoraġġuti jitkellmu ma’ kull naħa tal-istorja.

Tenniet li Martin ċemplilha kif spiċċa mil-laqgħa u qalilha li ġrat xi ħaġa li li ried ilellimha, u hi nformat lill-Editor Chief, Hermann Grech u bagħtu għal Martin, fejn talbuh jiktbilhom x’ġara.

Qalet li kkomunikat mal-Avukat Caruana Curran u talbitu spjegazzjoni tiegħu. Ħassew li l-istorja kienet fl-interess pubbliku u bagħtu deadline lil Caruana Curran biex jirrispondi. Huwa bagħat email li fiha ammetta li kien offra l-flus lill-ġurnalist, u minn hemm ippubblikaw l-istorja. Hija qalet li dwar dan il-każ kienu kellmuha l-Pulizija.

Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mis-Supretendent James Grech u mill-Ispettur Anthony Scerri, mill-iskwadra ta’ kontra Reati Ekonomiċ. Għall-akkużati qegħdin jidhru l-Avukati Giannella Demarco u Stephen Tonna Lowell. Il-każ ikompli nhar l-Erbgħa, 17 ta’ Frar fl-10.30am.