F’intervistà li ta lil stazzjoni televiżiv barrani, id-Direttur Tekniku ta’ Milan Paolo Maldini qal li Milan qed jevalwaw il-possibilità li jġeddu l-kuntratt tal-attakkant Żvediż Zlatan Ibrahimovic, liema kuntratt jiġi fit-tmiemu f’Ġunju li ġej.
Maldini qal li dan jiddependi mill-kundizzjoni fiżika tal-attakkant ta’ 39 sena li fi tmiem il-ġimgħa b’doppjetta fir-rebħa ta’ 4-0 fuq Crotone skorja l-500 u l-501 gowl tal-karriera tiegħu. Maldini qal ukoll li Milan qed jaħdmu bis-sħiħ biex iġeddu l-kuntratti ta’ Hakan Calhanoglu u Gigio Donnaruma.
//= $special ?>