Futbol Sport

Rebħa komda għal Leeds f’Elland Road

(Ritratt: EPA)

Leeds kisbu rebħa komda ta’ 2-0 f’Elland Road fuq Crystal Palace. Gowl f’kull taqsima kienu biżżejjed fir-rebħa li permezz tagħha Leeds United telgħu fl-għaxar post fil-klassifika bi 32 punt u fl-istess waqt qabżu lil Arsenal. Crystal Palace baqgħu fit-13 il-post b’29 punt.

Wara biss tlett minuti Leeds United marru fil-vantaġġ. Azzjoni minn Stuart Dallas lejn JACK HARRISON li għeleb lil Vicente Guaita. Riżultat li biħ intemmet wkoll l-ewwel taqsima. Bi Crystal Palace jonqsu milli jwettqu reazzjoni, fit-52 minuta Leeds irduppaw. Guaita wettaq save tajjeb fuq tentattiv ta’ Raphinha b’ PATRICK BAMFORD segwa l-azzjoni u għeleb lil istess Guaita għat 2 – 0 u litteralment għalaq il-partita.